sokra

  • Ingliż lock
  • Grammatika nom femminili
  • Plural sokor
  • Varjant duda
  • Qasam Mastrudaxxa

Definizzjoni

1) Terminu ġenerali li ġieli jintuża mill-mastrudaxxi biex jirreferu serratura sħiħa. 2) Dik il-parti tas-serratura li tiġri biex issakkar, magħrufa wkoll bħala duda. 3) Hija wkoll serratura kbira li kienet tinħadem mill-ħaddieda hawn Malta u li l-mastrudaxxi kienu jużawha fuq il-bibien l-antiki.