- Grammatika nom maskili
- Varjant ċekċieka, tanborlin/tanburlin, tanburin
- Qasam Banda; Mużika
Definizzjoni
Strument tal-perkussjoni. Jikkonsisti f'qafas tond tal-injam b'dijametru li jvarja bejn is-sittin u t-tletin ċentimetru waqt li l-għoli jkun bejn it-tmien u l-għaxar ċentimetri. Fin-nofs ta' dan il-qafas tal-injam, mat-tondjatura kollha, jittaqqbu xi toqob tawwalin li fihom jitwaħħlu ċimbli ċkejkna. Qniepen żgħar jissammru wkoll max-xifer tat-tondjatura waqt li man-naħa l-oħra jintrabat ġild imnixxef. Dan l-istrument jindaqq l-aktar bit-truf tas-swaba'.