- Ingliż tupi / spindle moulder
- Grammatika nom maskili
- Plural tupijiet
- Varjant spindle moulder
- Qasam Mastrudaxxa
Definizzjoni
Biċċa għodda li tikkonsisti fi blokka (ħadida tonda kbira, ħoxna u tqila) li tintrama fuq xaft imħaddem minn mutur u fuqha jintramaw ix-xfafar biex il-mastrudaxxi jkunu jistgħu jgħaddu d-disinn tal-gula. Jekk ma tintużax kif suppost, tista' tkun perikoluża għal min iħaddimha.