xafra

  • Ingliż blade
  • Grammatika nom femminili
  • Plural xfafar
  • Qasam Mastrudaxxa; Bini
  • Ħajr Debattista (2012); Sammut (2012)

Definizzjoni

1. Għodda dejqa u ftit tawwalija bi blejd fil-parti ta' quddiem u li tintuża mill-mastrudaxxi jew bennejja biex joborxu u jillixxaw l-injam jew il-ġebel. 2. Terminu li jirreferi għal stanley knife jew il-blejd li titwaħħal mal-istanley knife u li l-mastrudaxxi ġieli jużawha flok imqass biex jaqtgħu xi mollijiet.