xita aċiduża

  • Ingliż acid rain
  • Grammatika nom femminili
  • Qasam Ġeografija

Definizzjoni

Xita b’livelli għoljin ta’ diossidu tal-kubrit (SO2) u ossidi tan-nitroġenu (NOX) li primarjament jiġu mill-ħruq ta’ fjuwils fossili u ġieli minn attività naturali bħal żbroff ta’ vulkan. Tagħmel ħsara lill-ekosistemi, lill-bini u taffettwa l-kwalità tal-ilma.