Fl-2016, id-Dipartiment tal-Malti beda l-proġett tat-Tradizzjoni Orali bil-għan li jiġbor, jiddokumenta u jistimula l-istudju dwar l-oralità bil-Malti. Idħol hawn jekk trid issir taf aktar dwar il-ħrejjef, il-leġġendi, l-għana, il-qwiel, it-taqbil tat-tfal, iċ-ċajt u l-logħob bil-kliem, il-versi tas-superstizzjoni, u wirt ieħor li jgħaddi minn ġenerazzjoni għal oħra bil-fomm.