Klara Vassallo u Daniel Attard jingħataw il-Premju Oliver Friggieri u l-Premju Ġużè Aquilina

Fl-14 ta' Frar sar is-Seminar tat-Teżini, appuntament annwali tad-Dipartiment tal-Malti bis-sehem tal-letturi u l-istudenti tal-Baċellerat.

Waqt is-seminar, ikkordinat mill-Prof. Immanuel Mifsud, Klara Vassallo ngħatat il-Premju Oliver Friggieri għat-teżina tal-BA Silenzji li nduqu u metafori sinestetiċi oħra f'Nadia MifsudDaniel Attard ingħata l-Premju Ġużè Aquilina għat-teżina tiegħu Il-Ġrajja tal-Laqgħa tal-Kittieba tal-Malti (1920): Sfidi u Soluzzjonijiet.

Dawn iż-żewġ gradwati u tnejn oħra, Cherise Aquilina u Maria Bellia, għamlu preżentazzjoni dwar it-teżini tagħhom li ntlaqgħu tajjeb ħafna mill-bord tal-eżaminaturi.

 

On the 14th of February, the Dissertation Seminar was held – an annual appointment organised by the Department of Maltese with the participation of lecturers and undergraduate students.

During this seminar, coordinated by Prof. Immanuel Mifsud, Klara Vassallo was awarded Premju Oliver Friggieri for her BA dissertation Silenzji li nduqu u metafori sinestetiċi oħra f'Nadia Mifsud and Daniel Attard received Premju Ġużè Aquilina for his dissertation Il-Ġrajja tal-Laqgħa tal-Kittieba tal-Malti (1920): Sfidi u Soluzzjonijiet.

These two graduates, together with Cherise Aquilina and Maria Bellia, delivered presentations on their dissertations, which were very well received by the examination board.

Skopri Aktar