Qabelxejn: Riċerka Postgradwatorja fil-Malti

Waqt ir-raba' konferenza annwali tal-Appuntamenti mar-Riċerka ppreżentajna l-ewwel ħarġa ta' Qabelxejn – Riċerka Postgradwatorja fil-Malti bi studji fuq il-lingwa, il-letteratura, u l-kultura orali ta' David Aloisio, Joseph Buttigieg, Justine Somerville, Kirsty Azzopardi, u Yanika Schembri Fava. Kull studju għadda minn proċess ta' evalwazzjoni akkademika u għandu sinteżi bl-Ingliż.

Din ir-rivista akkademika, iddisinjata minn Kuluri, hija pubblikazzjoni tad-Dipartiment tal-Malti flimkien mal-Malta University Press. Id-Dipartiment jemmen li r-riċerka li ssir f'dan il-livell għandha tkun aċċessibbli għal kulħadd, kemm f'verżjoni stampata kif ukoll elettronika. Għalhekk l-artikli kollha jinsabu online fis-sit tal-OAR.

L-inizjattiva biex tibda toħroġ din ir-rivista akkademika ħarġet mill-Appuntamenti mar-Riċerka, is-seminars tal-istudenti tad-Dipartiment li qed jagħmlu Masters jew Dottorat. Il-bord editorjali tal-ewwel ħarġa ta' Qabelxejn kien magħmul minn Kirsty Azzopardi, Adrian Grima, Justine Somerville, u Michael Spagnol.

 

At the fourth annual Appuntamenti mar-Riċerka conference, we launched the inaugural issue of Qabelxejn – Riċerka Postgradwatorja fil-Malti, which features studies on language, literature, and oral culture by David Aloisio, Joseph Buttigieg, Justine Somerville, Kirsty Azzopardi, and Yanika Schembri Fava. Each contribution underwent a rigorous process of academic peer review and is accompanied by an abstract in English.

The scholarly journal, designed by Kuluri, is published by the Department of Maltese in collaboration with Malta University Press. The Department believes that research conducted at postgraduate level should be made accessible to all, both in print and digital form. Accordingly, all articles are available online via the OAR platform.

The initiative to establish this journal emerged from the Appuntamenti mar-Riċerka, the Department's seminar series for students reading for a Master's degree or Doctorate. The editorial board of the first issue of Qabelxejn was composed of Kirsty Azzopardi, Adrian Grima, Justine Somerville, and Michael Spagnol.

Skopri Aktar