Seminar ta’ Riċerka Bejn il-Letturi tad-Dipartiment

Nhar l-Erbgħa 3 ta’ Frar sar seminar ta’ riċerka bejn il-letturi tad-Dipartiment tal-Malti tal-Università ta’ Malta. Il-ħsieb hu li dawn is-seminars jibdew isiru darbtejn jew tliet darbiet fis-sena.

Din il-laqgħa, li saret f’sala fil-Valletta Campus, serviet biex il-letturi u kollegi jaġġornaw lil xulxin dwar il-proġetti akkademiċi tagħhom u jiddiskutuhom flimkien.

F’dan l-ewwel seminar il-preżentazzjonijiet ewlenin saru mill-Prof. Arnold Cassola (il-Maltin fi Sqallija), il-Prof. Albert Borg (is-sintassi f’poeżija ta’ Mario Azzopardi), Dr Immanuel Mifsud (ix-xogħlijiet mhux ippubblikati ta’ Mary Meylak), Dr Olvin Vella (aspetti lingwistiċi ta’ poeżija qadima), u l-Prof. Bernard Micallef (il-fenomenoloġija, l-ermenewtika, u l-qarrej fil-Letteratura).

Fit-tieni seminar, li se jsir f’Ġunju, se jiddiskutu r-riċerka tagħhom Dr George Farrugia, il-Prof. Adrian Grima, il-Prof. Manwel Mifsud, is-Sa Justine Somerville, u Dr Michael Spagnol.

_ _ _

The First Research Seminar for the Department’s Full-Time Lecturers

The research seminar was held on February 3rd and brought together the ten full-time lecturers within the Department of Maltese at the University of Malta.

This meeting, held at the Valletta Campus, gave the lecturers and colleagues an opportunity to share and discuss their current academic projects.

The seminar featured presentations by Prof. Arnold Cassola (Maltese people in Sicily), Prof. Albert Borg (syntax in a poem by Mario Azzopardi), Dr Immanuel Mifsud (Mary Meylak’s unpublished work), Dr Olvin Vella (linguistic aspects of early poetry), and Prof. Bernard Micallef (phenomenology, hermeneutics, and the reader).

Dr George Farrugia, Prof. Adrian Grima, Prof. Manwel Mifsud, Ms Justine Somerville, and Dr Michael Spagnol will present their research projects during June’s seminar.

Skopri Aktar