Writing Home Literary Symposium

Simposju letterarju bilingwi għal rumanziera Maltin li jgħixu barra bis-sehem ta' Josephine Burden, Lou Drofenik, Karl Schembri, Aline P’nina Tayar, Mark Vella, Alex Vella Gera, u Anna Maria Weldon (22 ta' April 2015)

A bilingual literary symposium for Maltese novelists living abroad with Josephine Burden, Lou Drofenik, Karl Schembri, Aline P’nina Tayar, Mark Vella, Alex Vella Gera, and Anna Maria Weldon (22 April 2015)

L-Erbgħa, 22 ta’ April 2015, bejn is-6.00pm u d-9.00pm, sar simposju fil-Belt Valletta bl-isem ta’ Writing Home bis-sehem ta’ rumanziera Maltin li jgħixu barra minn Malta. Dan l-inkontru kien parti mlr-raba’ Konvenzjoni għall-Maltin li jgħixu barra u li sar bejn l-20 u t-23 ta’ April 2015 u tmexxa mill-Kunsill għall-Maltin Li Jgħixu Barra. Fis-simposju kien hemm laqgħat pubbliċi bl-Ingliż, il-lingwa li jużaw il-maġġoranza tar-rumanziera Maltin ta’ barra, u bil-Malti, il-lingwa li jużaw l-aktar l-awturi Maltin li jgħixu fl-Ewropa. Din l-attività kienet miftuħa għal kulħadd. Il-kumitat li mexxa l-Konvenzjoni kien talab lid-Dipartiment tal-Malti u lid-Dipartiment tal-Ingliż fil-Fakultà tal-Arti tal-Università ta’ Malta biex jieħdu ħsieb l-organizzazzjoni ta’ dan is-simposju u l-koordinazzjoni kienet f’idejn il-Prof. Stella Borg Barthet u Dr Adrian Grima. Ir-rumanziera li ħadu sehem fis-Simposju kienu Josephine Burden, Lou Drofenik, Karl Schembri, Aline P’nina Tayar, Mark Vella, Alex Vella Gera, u Anna Maria Weldon.

The Writing Home Literary Symposium for Maltese writers living abroad was held on Wednesday, 22 April 2015 in the Auditorium of the Valletta Campus of the University of Malta. This event, hosted by the Departments of English and Maltese at the University of Malta, was held in collaboration with the Organising committee of the Convention for the Maltese Living Abroad 2015, and was open to the general public. The speakers were the novelists Josephine Burden, Lou Drofenik, Karl Schembri, Aline P’nina Tayar, Mark Vella, Alex Vella Gera, and Anna Maria Weldon. The symposium was organized by Prof. Stella Borg Barthet and Dr Adrian Grima.

Writing Home Literary Symposium | L-ewwel sessjoni | 04
Writing Home Literary Symposium | L-ewwel sessjoni | 03
Writing Home Literary Symposium | L-ewwel sessjoni | 02
Writing Home Literary Symposium | L-ewwel sessjoni | 01 – Introduzzjoni