Seħer il-Malti: Minn Fomm il-Poplu għal Arkivju Lingwistiku, 20 ta’ Ġunju 2022

Din it-taħdita tiffoka fuq l-iżvilupp u l-funzjoni tal-arkivju lingwistiku li qed jinbena permezz tas-sensiela Seħer il-Malti. L-iskop ewlieni ta’ din il-ġabra hu li tiddokumenta u tiffaċilita l-aċċess għall-materjal orali li jinsab fil-programmi, jiġifieri l-kliem, l-idjomi u l-varjazzjonijiet tagħhom kif jintużaw spontanjament mill-kelliema. Barra minn hekk, l-arkivju jiġbor ukoll diversi kurżitajiet lingwistiċi u siltiet letterarji li, jekk ma jiġux irreġistrati u kklassifikati, jistgħu jintilfu jew jintesew maż-żmien. F’dan is-sens, il-ġabra tista’ titqies bħala indiċi sistematiku tal-programmi rrekordjati, li jservi ta’ referenza għall-istudju tal-varjazzjoni lingwistika u l-espressjonijiet popolari fil-Malti kontemporanju. It-taħdita għalhekk tispjega fid-dettall il-proċess metodoloġiku tal-ġbir u t-tqassim tal-materjal, kif ukoll il-mod ta’ kif dan l-arkivju jista’ jintuża bħala punt ta’ aċċess strutturat għal materjal orali partikolari fi ħdan programm individwali.

Segwi hawn: Seħer il-Malti: Minn Fomm il-Poplu għal Arkivju Lingwistiku, 20 ta’ Ġunju 2022