Konferenzi Nazzjonali Lingua-Politik
Lingua-Politik hi konferenza annwali li tittella' mid-Dipartiment tal-Malti fil-Fakultà tal-Arti u mid-Dipartiment tal-Istudji Politiċi u l-Governanza fil-Fakultà tal-Ekonomija, tal-Ġestjoni u l-Kontabilità (FEMA) fl-Università ta' Malta. L-għan tal-inizjattiva hu li b'mod regolari jinġabru flimkien studjużi miż-żewġ oqsma li jiddiskutu l-interazzjoni dinamika bejn il-lingwa u l-politika f'sens wiesa'. Jiġu ttrattati suġġetti bħas-sehem tal-letteratura fid-diskors politiku, ir-retorika fl-attivitajiet politiċi, u l-politika lingwistika fuq bażi nazzjonali. Wara kull konferenza jiġu ppubblikati l-atti bil-kitbiet tal-kelliema li jkunu ħadu sehem.
Lingua-Politik is an annual conference organised jointly by the University of Malta's Department of Maltese within the Faculty of Arts and the Department of Public Policy and Governance within the Faculty of Economics, Management and Accountancy (FEMA). The initiative brings together scholars from both fields on a regular basis to explore the dynamic interaction between language and politics in the broadest sense. Topics addressed include the role of literature in political discourse, rhetoric in political activity, and language policy at national level. Following each conference, proceedings are published featuring contributions by the participating speakers.
