Philip Ciantar

Philip Ciantar huwa Lettur Anzjan fid-Dipartiment tal-Istudji tal-Mużika, fl-Università ta’ Malta. L-oqsma ta’ interess ta’  Ciantar huma: il-mużika dinjija, metodi ta’ riċerka fil-mużika, mużika popolari Maltija, u mużika Mediterranja tat-tradizzjoni orali. Wara l-ewwel lawrja tiegħu mill-Università ta ‘Malta, huwa kompla l-istudji mużikali tiegħu fl-Università ta’ Durham fejn iggradwa b’Maġisteru fil-mużika. Fl-2006, iggradwa b’Dottorat mill-Università ta’ Sheffield b’teżi ffokata fuq il-mużika Andalusjana Għarbija tal-Libja. Il-pubblikazzjonijiet tiegħu jinkludu daħliet f”The New Grove Dictionary of Music and Musicians’, ‘The Continuum Enclopedia of Popular Music of the World’, ‘The SAGE Encyclopedia of Music and Culture’ u bosta artikli fl-etnomusikoloġija. Huwa l-awtur ukoll ta’ ‘The Ma’lūf in Contemporary Libya: An Arab Andalusian Musical Tradition (Ashgate 2012).’ Dawn huma xi artikli ta’ Philip Ciantar li għandhom x’jaqsmu mat-tradizzjoni orali: Philip Ciantar – From the Bar to the Stage