Riċerkaturi

Riċerkaturi

Riċerkaturi hi rivista tad-Dipartiment tal-Malti b’artikli msejsa fuq għażla ta’ teżini tal-BA (Unuri) fil-Malti. L-għanijiet ta’ din is-sensiela annwali huma tlieta. Qabelxejn, li r-riċerka fejjieda li tkun saret f’dawn it-teżini ma tibqax fuq xkaffa marsusa bejn żewġ qoxriet, imma tinfetaħ għal udjenza usa’. It-tieni, li tħeġġeġ aktar studenti jħabirku biex xogħolhom ikun ta’ stoffa ħalli jintgħażel għal din il-pubblikazzjoni. U t-tielet, li jkompli jikber il-korp ta' studji bil-Malti li b’riħithom kulma jmur inwessgħu l-vokabolarju tekniku u norqmu l-lingwaġġ akkademiku bil-Malti.

 

Riċerkaturi is a journal of the Department of Maltese, which includes articles based on a selection of B.A. (Hons.) theses in Maltese. The aims of this annual series are threefold. First, the fruitful research carried out in these theses does not while away on a shelf tucked away between two covers, but it is made available to a wider audience. The second objective is to encourage more students to strive so that their work is of good enough quality to be chosen for this publication. And lastly, to continue enlarging the collection of studies in Maltese which contribute to the expansion of technical and academic vocabulary in Maltese.