It-tkabbir tal-asparagus u ħxejjex oħra, 19 ta’ Ottubru 2021
Intervista ma’ Luċija Borg u wliedha dwar it-tkabbir tal-asparagus u ħxejjex oħra.
Ix-xogħol tat-tafal – L-ewwel parti, 1 ta’ Ottubru 2021
Intervista ma’ Pawlu Muscat dwar ix-xogħol tat-tafal fil-pasturi tal-Milied.
It-Terminolo[ija tal-Mużika, 29 ta’ Settembru 2021
Intervista ma’ Raymond Zammit dwar xi terminoloġija tal-mużika.
Joemike u Lydon dwar il-Makkjetti, 28 ta’ Awwissu 2021
Din hija intervista ma’ Joemike u Lydon dwar il-makkjetti.
Leli Micallef u rġiel oħra dwar il-logħba tal-Brilli, 4 ta’ Lulju 2021
Intervista ma’ Leli Micallef u rġiel oħra dwar il-logħba tal-brilli li għadha tintlagħab l-Għarb, Għawdex.
It-Tradizzjoni Orali u r-Riċerka, 19 ta’ Marzu 2019
Ġużi jitkellem dwar it-Tradizzjonijiet orali u r-riċerka tiegħu.
Annamaria Gatt (2019), Il-bizzilla, Intervistata minn Martina Frendo u Yanika Schembri Fava
Annamaria tiitkellem dwar is-sengħa tal-bizzilla, l-għodda li tuża u r-reġistru marbut ma’ forom differenti ta’ bizzilla. L-intervista saret nhar il-Ħamis, 1 ta’ Ottubru 2019 fuq ZOOM.
Karmenu Rotin (2019), Tal-Karettuni, Intervistat minn Yanika Schembri Fava
Karmenu Rotin jitkellem dwar is-sengħa tiegħu tal-karettuni u x’għodda juża għal din is-sengħa. L-intervista saret nhar it-Tlieta, 16 ta’ Lulju 2019 fil-garaxx bl-isem ‘Rota’, l-Għarb, Għawdex. Din kienet intervista mis-sensiela tad-Dipartiment tal-Malti tal-Università dwar It-Tradizzjoni Orali.
Yanika Schembri Fava, Is-Seħta u l-Iskunġrar, TVM
Biex issegwi t-taħdita sħiħa ara hawn: https://youtu.be/3JbhNd_I4NA
John Spiteri Gingell (2019), Is-Sit ‘Il-Miklem’, Intervistat minn Yanika Schembri Fava
John Spiteri Gingell jitkellem dwar xi tradizzjonijiet orali u s-sit ‘Il-Miklem’ li jamministra hu. Din l-intervista saret nhar it-Tnejn, 21 ta’ Jannar 2019 fil-Librerija tal-Fakultà tal-Arti tal-Università ta’ Malta, Tal-Qroqq, fis-6:00pm. Din kienet intervista mis-sensiela tad-Dipartiment tal-Malti tal-Università dwar It-Tradizzjoni Orali.
Salvu Zammit (2017), Bidwi minn Birkirkara, Intervistat minn Yanika Schembri Fava
Salvu Zammit jgħid it-taqbiliet u elementi oħrajn tat-tradizzjonijiet orali Maltin li jiftakar. Din l-intervista saret nhar it-Tlieta, 26 ta’ Settembru 2017 fid-dar ta’ Salvu Zammit f’Birkirkara. Din kienet taħdita mis-sensiela tad-Dipartiment tal-Malti tal-Università dwar It-Tradizzjoni Orali.
John Kind (2019), Taqbil Popolari, Intervistat minn Yanika Schembri Fava
John Kind jirrakkonta xi taqbiliet li kienet tiftakar ommu. Din l-intervista saret nhar it-Tnejn, l-1 ta’ Lulju 2019 fl-Università ta’ Malta, Tal-Qroqq. Din kienet intervista mis-sensiela tad-Dipartiment tal-Malti tal-Università dwar It-Tradizzjoni Orali.
Ċikku Attard ta’ Skutu, Tal-Ġelat, Fuq Tentufiet (NET TV)
Ċikku Attard jitkellem dwar ix-xogħol tiegħu tal-ġelat u xi vokabularju użat għall-għodda li juża.
Alda Bugeja, Tan-Newl, Fuq Tentufiet (NET TV)
Alda Bugeja titkellem dwar is-sengħa tan-newl u xi vokabularju użat għall-metodu u għall-għodda li tuża.
Alfred Attard, Il-Ġbir tal-Melħ, Fuq Tentufiet (NET TV)
Alfred Attard jitkellem dwar ix-xogħol tiegħu tal-melħ u xi vokabularju użat għall-metodu u l-għodda li juża.
Guido Lanfranco (2017), Il-Presepju Malti, Intervistat minn Stanley Joe Portelli
Guido Lanfranco intervistat minn Stanley Joe Portelli f’isem L-Għaqda Ħbieb tal-Presepju tan-Nadur bl-għajnuna ta’ Yanika Schembri Fava
Guido Lanfranco (2017), It-Tradizzjonijiet Orali, Intervistat minn Yanika Schembri Fava
Guido Lanfranco jitkellem dwar it-tradizzjonijiet orali. Jiddiskuti wkoll ir-riċerka li ħalla l-Mużew Etnografiku, il-Birgu.
John Barbara, Tal-Armar, Intervistat minn Martina Frendo
John Barbara, magħruf bħala Ġanni l-Bambinu, ġie intervistat minn Martina Frendo. John jitkellem dwar l-armar u l-ħidma fil-maħżen għall-festa.
Ivan Attard, Il-Landier, Intervistat minn Yanika Schembri Fava
Ivan Attard, magħruf bħala l-Landier, ġie intervistat minn Yanika Schembri Fava. Ivan jitkellem dwar is-sengħa ta’ landier u l-għodda marbuta ma’ din is-sengħa. Din l-intervista saret nhar iI-Ħamis, 19 ta’ Settembru 2019, fil-ħanut ta’ Ivan ‘Metal Sheet Worker’, Tal-Pietà.
Kalċidon Vella, L-Għana, Intervistat minn Gail Axiaq
L-għannej Kalċidon, magħruf bħala id-Danny, ġie intervistat minn Gail Axiaq. Kalċidon jitkellem dwar l-għana spirtu pront u l-esperjenza tiegħu. Fl-aħħar jgħanni biċċa għana spirtu pront. Din l-intervista saret nhar l-Erbgħa, 13 ta’ Settembru 2019, il-Marsa.
Joseph Galdes, Tal-Ħobż, Intervistat minn Martina Frendo
Joseph Galdes ġie intervistat minn Martina Frendo, bl-għajnuna ta’ Yanika Schembri Fava. Joseph Galdes, żagħżugħ li jaħdem part-time bħala furnar fil-forn ta’ missieru jitkellem dwar it-tipi ta’ ħobż li jaħdmu fil-forn tagħhom. Din l-intervista saret nhar il-Ħamis, 1 ta’ Ottubru 2019, fuq ZOOM.
Ruben Azzopardi, Ir-Raħħal, Intervistat minn Yanika Schembri Fava
Ruben Azzopardi, magħruf bħala tat-Tobby, ġie intervistat minn Yanika Schembri Fava. Ruben jitkellem dwar il-ħajja ta’ raħħal fiż-żminijiet moderni. Juri kif jitma lill-annimali b’għajta partikolari. Din l-intervista saret nhar is-Sibt, 21 ta’ Settembru 2019, fir-razzett ta’ Ruben, Ħal Qormi.
Mary Gauci, Is-sengħa tal-bizzilla, Intervistata minn Gail Axiaq
Mary Gauci ġiet intervistata minn Gail Axiaq. Mary titkellem dwar is-sengħa tal-bizzilla, l-għodda li tuża u forom differenti ta’ bizzilla. Din l-intervista saret nhar l-Erbgħa, 13 ta’ Settembru 2019, fid-dar ta’ Mary, iż-Żurrieq.
Christoper Chetcuti, Il-Brunżar, Intervistat minn Yanika Schembri Fava
Christopher Chetcuti ġie intervistat minn Yanika Schembri Fava. Christopher jitkellem dwar is-sengħa ta’ brunżar u l-għodda marbuta ma’ din is-sengħa. Din l-intervista saret nhar it-Tlieta, 13 ta’ Awwissu 2019, fil-Funderija Artistika Joseph Chetcuti, Ħal Luqa.
Maria Spagnol, Kif issir l-irkotta – l-ewwel parti, Intervistata minn Ġużi Gatt
Ġużi Gatt qed jintervista lil Maria Spagnol, miżżewġa Mangion, miż-Żurrieq, fuq il-proċess ta’ kif issir l-irkotta. L-intervista saret fl-ewwel snin tas-seklu wieħed u għoxrin.
Maria Spagnol, Kif issir l-irkotta – it-tieni parti, Intervistata minn Ġużi Gatt
Ġużi Gatt qed jintervista lil Maria Spagnol, miżżewġa Mangion, miż-Żurrieq, fuq il-proċess ta’ kif issir l-irkotta. L-intervista saret fl-ewwel snin tas-seklu wieħed u għoxrin.
Maria Spagnol, Kif issir l-irkotta – it-tielet parti, Intervistata minn Ġużi Gatt
Ġużi Gatt qed jintervista lil Maria Spagnol, miżżewġa Mangion, miż-Żurrieq, fuq il-proċess ta’ kif issir l-irkotta. L-intervista saret fl-ewwel snin tas-seklu wieħed u għoxrin.
Maria Spagnol, Kif issir l-irkotta – ir-raba’ parti, Intervistata minn Ġużi Gatt
Ġużi Gatt qed jintervista lil Maria Spagnol, miżżewġa Mangion, miż-Żurrieq, fuq il-proċess ta’ kif issir l-irkotta. L-intervista saret fl-ewwel snin tas-seklu wieħed u għoxrin.
Judith Schembri, It-taħnina u rakkonti dwar użanzi oħra, Intervistata minn Yanika Schembri Fava
Judith Schembri ġiet intervistata minn Yanika Schembri Fava. Judith tgħanni taħnina u tirrakkonta xi użani oħra.
Stephania Azzopardi, It-taħnin, Intervistata minn Yanika Schembri Fava
Stephania Azzopardi ġiet intervistata minn Yanika Schembri Fava. Stephania Azzopardi tirrakkonta xi taħnin li tiftakar biex kienet traqqad lit-trabi tagħha. Din l-intervista saret nhar it-Tnejn, 25 ta’ Novembru 2019, il-Marsa.
Tal-Armar tax-Xewkija, Għawdex, Intervistat minn Gail Axiaq
Tal-armar tax-Xewkija jitkellem dwar il-ħidma fl-armar u reġistru użat marbut ma’ din il-ħidma. Din l-intervista saret nhar il-Ħamis, 1 ta’ Ottubru 2019, fuq ZOOM. L-intervista saret bil-għajnuna ta’ Martina Frendo u Yanika Schembri Fava.
Margaret Attard, Taqbiliet, taħnina u rakkonti oħra, Intervistata minn Yanika Schembri Fava
Margaret Attard ġiet intervistata minn Yanika Schembri Fava. Margaret tgħid xi taqbiliet, issemmi xi logħob tat-tfal, u tirrakkonta tifkiriet oħra. Din l-intervista saret nhar is-Sibt, 21 ta’ Settembru 2019, il-Marsa.
Jane Ellul, Taqbil popolari, Intervistata minn Yanika Schembri Fava
Jane Ellul ġiet intervistata minn Yanika Schembri Fava. Jane tirrakkonta xi taqbiliet milli kienet tgħid fi tfulitha. Din l-intervista saret nhar it-Tlieta, 23 ta’ Lulju 2019, id-dar ta’ Jane, il-Qrendi.
Mary Gauci, Taqbiliet popolari, Intervistata minn Gail Axiaq
Mary Gauci ġiet intervistata minn Gail Axiaq. Mary tirrakkonta xi taqbiliet milli kienet tgħid u li semgħet fi tfulitha. Din l-intervista saret nhar l-Erbgħa, 7 ta’ Awwissu 2019, fid-dar ta’ Mary, iż-Żurrieq.
Marlene Mifsud Chircop, Onġi Onġi Onġella u t-taħnin, Intervistata minn Yanika Schembri Fava
Marlene Mifsud Chircop ġiet intervistata minn Yanika Schembri Fava. Marlene tagħti xi informazzjoni dwar il-logħba ‘Onġi Onġi Onġella’ u tgħanni xi taħniniet. Din l-intervista saret nhar it-Tlieta, 7 ta’ Lulju 2020.