chip-board

  • Ingliż chip-board
  • Grammatika frażi
  • Varjant chipboard
  • Qasam Mastrudaxxa

Definizzjoni

Injam sintetiku, magħmul minn biċċiet ta’ injam skartat qisu skald ikkompressat, li jiġi f’folji kbar li faċilment jitgħawġu jekk ma jinħażnux sew. Il-folji huma ta' 8 piedi b'4 piedi filwaqt li l-ħxuna tagħhom tvarja b'dawn il-qisien fost l-aktar popolari: 1⁄4’’ (6mm), 3/8’’ (9mm), 1⁄2’’ (12mm), 5/8’’ (15mm), 3⁄4’’ (18mm), 1’’ (25mm), 1-1/4’’ (32mm).