strippa

  • Ingliż trestle
  • Grammatika nom femminili
  • Plural strippi
  • Qasam Mastrudaxxa

Definizzjoni

Din tkun bħal biċċa serratizz b’erba’ saqajn tal-injam f’forma ta’ V bil-maqlub bi traversa bejniethom (biex ma jinfetħux) li l-mastrudaxxi jużaw biex iqiegħdu x-xogħol fuqhom waqt li jkun qed jaħdmu biex ma jokkupawx il-bank tal-għodda minħabba li aktarx ikun irid juża l-morsa b’mod kontinwu (ġeneralment jintużaw f’par u huma ideali għal xogħol goff, ngħidu aħna xi bieb). Il-kelma strippa tintuża wkoll għal xi sieq, ngħidu aħna sieq ta' mejda jew ta' sodda.