- Ingliż garland / wreath
- Grammatika nom femminili
- Plural girlandi
- Qasam Ornamenti u Oġġetti Sagri
- Ħajr Raggio (2013)
Definizzjoni
Kuruna ta' fjuri u weraq artifiċjali magħqudin flimkien u tintrama fuq il-pedistall, eżatt madwar il-biċċa t'isfel tal-istatwa. Ħafna drabi tkun maħduma mill-ganutell jew inkella xi materjal ieħor. Fil-festa tal-qaddis, din ma tkunx l-istess waħda li jkun hemm matul is-sena u titpoġġa waħda isbaħ.