Via Matris

  • Ingliż Via Matris / Way of the Mother
  • Grammatika frażi
  • Qasam Ornamenti u Oġġetti Sagri
  • Ħajr Raggio (2013)

Definizzjoni

Is-seba’ xbihat li juru s-seba' dulurijiet li ġarrbet il-Madonna waqt il-Passjoni ta’ Binha Ġesù. Ġeneralment din ma tiħux post il-Via Sagra, iżda titwaħħal f’xi parti oħra tal-knisja, speċjalment maġenb jew viċin xi artal li jkun iddedikat lill-Madonna jew lid-Duluri. Din it-talba l-aktar li ssir hija f'nhar id-Duluri, ġimgħa qabel il-Ġimgħa l-Kbira. F'xi knejjes oħra t-talba quddiem il-Via Matris issir aktar ta’ spiss, speċjalment fi knisja ddedikata lill-Madonna.