- Ingliż chasuble
- Grammatika nom femminili
- Plural pjaneti
- Qasam Ornamenti u Oġġetti Sagri
- Ħajr Raggio (2013)
Definizzjoni
Libsa b'toqba minn fuq biex tidħol minn ġo ras il-qassis u bla kmiem. Il-qassis jilbisha jew meta jqaddes jew f’xi purċissjonijiet reliġjużi bħall-Qalb ta’ Ġesu, Korpus u purċissjonijiet oħra li jsiru fil-knisja stess. Il-kulur tal-pjaneta jindika l-kulur liturġiku tal-ġurnata u fuqha jkollha wkoll xi simboli reliġjużi relatati wkoll mat-tifsira tal-kulur tal-pjaneta stess. Qabel kienet tintuża dik li tissejjaħ il-'pjaneta Rumana' li kienet mingħajr kmiem. Illum tintuża l-'pjaneta Gotika' li hija akbar, tgħatti l-persuna kollha tas-saċerdot u għandha l-ġnub miftuħin. Il-pjaneta Rumana tintuża għal xi funzjonijiet jew quddies speċjali, fi knejjes li l-ewwel nett ikollhom dan it-tip ta’ abiti sagri u jkunu għadhom f’kundizzjoni tajba. Fil-Birgu saċerdot anzjan ħafna għadu juża din it-tip ta' pjaneta kuljum minflok dik Gotika.