bandiera tradizzjonali tal-Irxoxt

  • Ingliż resurrection flag
  • Grammatika frażi
  • Qasam Il-Ġimgħa Mqaddsa

Definizzjoni

Tradizzjonalment il-bandiera kienet tkun ta' sfond aħmar b'salib abjad, iżda llum xi vari riċenti jġibu bnadar bil-kuluri opposti. Fil-fatt, din il-bandiera tradizzjonali kienet magħrufa bħala 'l-bandiera tar-Reliġjon' iżda din mhux il-bandiera tar-reliġjon Nisranija bħalma jaħsbu xi wħud. Din kienet 'lo standardo della Religione di San Giovanni di Gerusalemme' fejn il-kelma 'religione' tirreferi għall-ordni ta' San Ġwann li ħakem Malta bejn l-1530 u l-1798 u li fi żmienu bdew isiru f'pajjiżna l-purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira u l-Għid il-Kbir.