- Ingliż desert
- Grammatika nom maskili
- Plural deżerti
- Qasam Ġeografija
- Ħajr Dizzjunarju tal-Ġeografija
Definizzjoni
Wesgħa kbira ta’ art xotta li fiha ftit li xejn jgħixu ħlejjaq. Hemm deżerti sħan bħas-Saħara li huma miksija b’ramel fin li jinġabar fi mniezel għoljin, u deżerti kesħin bħall-Antartika li huma miksija bis-silġ. Fid-deżerti sħan ma jinżlux iktar minn 250 mm xita fis-sena u l-evaporazzjoni hi ferm akbar minn kemm tinżel xita.