Joseph Buttigieg
Iggradwa B.A. (Gen.) fil-Malti u fl-Ingliż fl-1995, u fl-2021 temm M.A. fil-Malti li matulha rriċerka l-kollokazzjoni lessikali bis-saħħa ta’ korpus żgħir. Bħalissa qed jagħmel Dottorat mad-Dipartiment tal-Malti dwar it-tifsil ta’ korpus rappreżentattiv ta’ Malti miktub. Minbarra l-lingwistika tal-korpora u l-livell lessikali tal-lingwa, tinteressah ukoll l-istilistika bħala l-punt fejn jiltaqgħu l-lingwistika u l-letteratura. Għallem il-Malti fil-livell sekondarju għal bosta snin, u ħadem kemm fit-traduzzjoni kif ukoll fil-qasam tal-pubblikazzjoni. Ta sehmu fil-kumitat tal-Għaqda tal-Għalliema tal-Malti u huwa membru tal-kunsill tal-Akkademja tal-Malti. Ippubblika poeżiji tiegħu f’Siegħa Vjola (2006) u f’antoloġiji oħra.
Joseph Buttigieg graduated with a B.A. (Gen.) in Maltese and English in 1995 and completed his M.A. in Maltese in 2021, focusing on lexical collocation using a small corpus. He is currently reading for a PhD at the Department of Maltese about designing a representative corpus of written Maltese. Alongside corpus linguistics and lexis, his interests also include stylistics as a meeting point between linguistics and literature. He has long experience teaching Maltese at secondary level and has also worked in translation and publishing. He has served on the committee of the Association of Teachers of Maltese and is a council member of the Academy of the Maltese Language. His poetry has been published in Siegħa Vjola (2006) and in other anthologies.