Paul P. Borg

Twieled fl-1949 u ħa l-edukazzjoni tiegħu fl-Università ta’ Malta, fl-Italja u fil-Ġermanja fejn speċjalizza bħala Disinjatur tal-Inġinerija IndustrijaliBorg Kiteb bosta artikli, rakkonti u pubblikazzjonijiet b’temi ambjentali, folkloristiċi u storiċi. F’ħafna kotba minn tiegħu kiteb tagħrif etnoloġiku importanti bħala dokumenti uniċi  tal-ġrajja soċjali u kulturali tal-gżejjer Maltin. Barra minn hekk, kiseb numru ta’ kisbiet letterarji, ngħidu aħna: il-Premju Phoneicia għal-Letteratura fl-1986 u l-Premju Letterarju għar-Rumanzi fl-1999.

Biblijografija

Data Titlu Tagħrif Kliem Muftieħ
2016 … Jiena xi ħadd… li nokrob mill-ġuf ta’ mara Horizons abort
2016 Il-Kmandament Numru Ħdax – ħobb il-ħolqien Horizons ġrajja
2014 ..maqful fil-ħabs ta’ ġbini… Il-Poeta tat-tbatija Carmel Attard Horizons Carmel Attard, bijografija
2014 Ċikku l-bidwi Malti BDL Bidwi, avventura, intriċċi
2012 Nismagħhem Jgħidu…Snajja’, Għajdut u Karattri mill-ħajja Maltija Vol 1 BDL Stejjer u ħrejjef, Snajja’ u xogħlijiet, Xnieghħat u drawwiet, Qwiel u għajdut, Tifkiriet u fehmiet, leġġendi u ġrajjiet
2009 Sunset at Mistra Valley BDL Ambjent
2007 Nismagħhem Jgħidu…Snajja’, Għajdut u Karattri mill-ħajja Maltija Vol 1 BDL Stejjer u ħrejjef, Snajja’ u xogħlijiet, Xnieghħat u drawwiet, Qwiel u għajdut,Tifkiriet u fehmiet, leġġendi u ġrajjiet
2007 Dal-lejl ġie Alla – Rajt ’l Alla jibki BDL Selmun, subkonxju, mistoqsijiet, inċertezzi, saħta
2006 Stejjer minn Wied Għarbiel Stejjer, wied
2003 Kelinu Vella Haber Union Print Co. Ltd il-Marsa Qagħda soċjali, il-Baruni Vella Haber
2002 Beżgħat Midsea Books Ltd Novelli
2002 Demgħat Klabb Kotba Maltin
2002 Qari Malti It-Tieni Ktieb
2001 Snajja’ u Xogħol il-Maltin – It-Tieni Volum PEG Snajja’, karattri, drawwiet
2000 Snajja’ u Xogħol il-Maltin – L-Ewwel Volum PEG Snajja’, karattri, drawwiet
1998 Ċikku Fenech – Il-bidwi Paul P. Borg Bidwi, avventura, intriċċi
1996 Anna
1996 Selmun – a story of love Paul P. Borg Imħabba, Selmun
1996 Leħen l-Imperial: L-Isbaħ Xewqat Milied 1996  – L-Għanja minn Selmun (pġ.16) Għaqda Mużikali Imperial Pjazza tal-Paroċċa il-Mellieħa Drawwiet, għajdut
1994 Dubbiena kukkużejt Dramm
1991 Minn fuq għal Isfel Bugelli protesta
1991 Għeluq Dip. Tat-Tagħrif Partit tal-Ħaddiema Rumanz
1989 Selmun u l-Inħawi Bugelli Ġrajja, xogħol u għajxien, għajdut u drawwiet
1984 Bejn Mara u Qassis Bugelli Ġrajja, protesta
1984 Dal-Lejl ġie Alla Bugelli Selmun, subkonxju, mistoqsijiet, inċertezzi, saħta
Quest for Identity – The Mellieħa Experience Mellieħa, ritratti, taqbiliet, djalett

Intervisti

Sena Programm Intervistatur
2011 (3 ta’ Jannar) Ara Hawn Anthony David Gatt
2011 (14 t’Awwissu) Ara Hawn Fiona Vella
2012 (12 ta’ Lulju) https://www.youtube.com/watch?v=Y-i_dPparZ0&feature=player_detailpage Innovazzjoni Malta

Kisbiet

Data Premju
1975 Premju letterarju – Konkors għan-Novelli Il-Midalja tad-Deheb Farsons bin-Novella ‘Moħħ u Moħħ’
1981 Premju Letterarju – Konkors għar-Rumanzi Il-Premju Letterarju Konkors Bugelli għar-Rumanzi| bir-rumanz ‘dal-lejl ġie alla’
1986 Premju għal-Letteratura – Premju Phoenicia Il-Premju Phoenicia għal-Letteratura bil-ktieb ‘Bejn Mara u Qassis’
1990 Premju Fondazzjoni Ġużè Ellul Mercer L-aħjar rumanz Konkors Fondazzjoni Ġużè Ellul Mercer bir-rumanz ‘Għeluq’
1994 Premju Fondazzjoni Ġużè Ellul Mercer L-aħjar rumanz Konkors Fondazzjoni Ġużè Ellul Mercer bid-dramm ‘Dubbiena Kukkużejt’
1999 Premju Letterarju Il-Premju Letterarju għar-Rumanzi bir-rumanz ‘Ċikku Fenech’
2003 Premju Letterarju Il-Premju Letterarju għall-kitba mhix fittizja bil-ktieb ‘Kelinu Vella Haber u l-Moviment tal-Malti’
2010 Premio Merli per l’Ambiente Premju Gianfranco Merli per l’Ambiente| Ruma l-Italja
2011 Premju Ġieħ l-Artiġjanat Malti Riċerka Etnografika