Prof. Albert Borg

Twieled fl-1950. Iggradwa mill-Università ta’ Malta (B.A. (Unuri) fil-Malti) fl-1972, u mill-Università degli Studi, Ruma (D.Litt.) fl-1975, b’teżi li pproponiet reviżjoni xjentifika tal-ortografija Maltija. Fl-1979 iggradwa mill-Università ta’ Edinburgh (Ph.D.) b’teżi li, fost affarijiet oħra, studjat ir-relazzjoni tal-kategoriji tat-temp u tal-aspett kif tinsab imfissra fil-morfoloġija inflettiva tal-verb Malti. Sar Assistent Lettur fid-Dipartiment tal-Malti fil-Fakultà tal-Arti fl-Università ta’ Malta fl-1975, Lettur fl-1979, Professur Assoċjat fl-1988 u Professur fl-1992. Kien Aġent Kap tad-Dipartiment tal-Malti għal xi żmien mill-1987 u f’Settembru tal-1988 inħatar l-ewwel Direttur tal-Istitut tal-Lingwistika. Kien wieħed mill-ewwel membri ta’ AIDA, l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tad-Djaletti tal-Għarbi, u għen fit-twaqqif ta’ GĦILM, l-Għaqda Internazzjonali tal-Lingwistika Maltija. Ħadem fil-Bord tal-Malti biex titħejja l-liġi li kellha twaqqaf il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti. Kien membru ta’ dan il-Kunsill għal diversi snin, u President tal-Kumitat tekniku li kien responsabbli għal Deċiżjonijiet 1 u Deċiżjonijiet 2. Kien il-President tal-Akkademja tal-Malti minn Awwissu tal-2018 sa Lulju tal-2019.

Born in 1950, Albert Borg graduated from the University of Malta (B.A. (Hons) Maltese) in 1972, and from the Università degli StudiRome (D.Litt.) in 1975, with a thesis that proposed a scientific revision of Maltese orthography. In 1979 he graduated from the University of Edinburgh (Ph.D.) with a thesis that, among other issues, focused on the categories of tense and aspect in relation to the verbal inflectional morphology of Maltese. He became Assistant Lecturer at the Department of Maltese in the Faculty of Arts of the University of Malta, in 1975, Lecturer in 1979, Associate Professor in 1988 and (Full) Professor in 1992. He was Acting Head of the Department of Maltese from 1987 and in September 1988 he became the first Director of the Institute of Linguistics. He was one of the first members of AIDA (Association Internationale de Dialectologie Arabe) and contributed to the setting up of GĦILM (Għaqda Internazzjonali tal-Lingwistika Maltija). He was active within the Bord tal-Malti that worked on the law that established il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti. He was a member of the Kunsill for several years, and chairperson of the technical committee responsible for Deċiżjonijiet 1 and Deċiżjonijiet 2. He was President of the Akkademja tal-Malti between August 2018 and July 2019.

Prof. Albert Borg

Professur