Prof. Bernard Micallef

Jirriċerka u jgħallem fil-qasam tal-letteratura Maltija, bi speċjalizzazzjoni kritika fit-Teorija tar-Rispons tal-Qarrej, fl-ermenewtika (it-teorija u l-istorja tal-interpretazzjoni), u fil-fenomenoloġija. Fil-kors tal-B.Ed. (Unuri) analizza t-teknika narrattiva Realista ta’ Ġużè Chetcuti fit-teżi, “Ħjiel ta’ Realiżmu fil-Letteratura Maltija: Ġużè Chetcuti.” Kiseb l-MA tiegħu bit-teżi “L-Eżistenzjaliżmu f’Poeta Modern Malti: Philip Sciberras,” li tanalizza l-figuri tad-diskors li jibnu t-tematika Eżistenzjalista fil-poeta msemmi. Imbagħad issokta jispeċjalizza fit-Teorija tar-Rispons tal-Qarrej, l-ermenewtika, u l-fenomenoloġija b’teżi tad-dottorat bit-titlu, “Between the Text and the Reader: Interpretation in the Reading of Modern Maltese Poetry.” Micallef huwa l-awtur ta’ diversi xogħlijiet kritiċi u ta’ xi xogħlijiet letterarji. Ħa sehem ukoll f’diversi diskussjonijiet pubbliċi u f’għadd ta’ intervisti mxandra fuq il-mezzi tax-xandir dwar awturi Maltin. Huwa wkoll il-kittieb ta’ għadd ta’ introduzzjonijiet għal pubblikazzjonijiet letterarji, u kien l-editur ta’ żewġ ħarġiet tal-Journal of Maltese Studies.  Ħa sehem f’diversi konferenzi internazzjonali dwar il-fenomenoloġija fil-qasam letterarju, u għadu jieħu sehem attiv fl-avvenimenti annwali ta’ organizzazzjonijiet bħall-British Society for Phenomenology. Uħud mill-kontribuzzjonijiet tiegħu f’dawn il-konferenzi ġew ippubblikati ma’ djar tal-pubblikazzjoni bħal Springer. Micallef ikkontribwixxa wkoll f’konferenzi internazzjonali fuq l-ermenewtika, bi studji ppubblikati f’antoloġiji speċjalizzati bħal Hermeneutics and the Humanities: Dialogues with Hans-Georg Gadamer (Leiden University Press, 2012). Micallef kien il-Kap tad-Dipartiment tal-Malti fl-Università ta’ Malta mill-2011 sal-2019, u bħala tali kien ukoll membru ex uffiċċju tal-Kumitat tal-Għaqda tal-Malti – Università, li b’inizjattiva tiegħu reġgħet bdiet topera fl-2012. Micallef kien il-president talAkkademja tal-Malti fl-2004, sena li matulha kkordina żewġ ħarġiet ta’ Il-Malti, ir-reviżjoni u l-aġġornament tal-istatut, u għadd ta’ okkażjonijiet letterarji u kulturali ta’ din l-għaqda.

Bernard Micallef researches and teaches in the area of Maltese literature, specialising in Reader Response Theory, hermeneutics, and phenomenology.  In his B.Ed. (Hons) course he analysed the Realist narrative technique of Ġużè Chetcuti in his dissertation, “A Hint of Realism in Maltese Literature: Ġużè Chetcuti.” He obtained his MA with his dissertation, “Existentialism in a Modern Maltese Poet: Philip Sciberras.” He then specialised in Reader Response Theory, hermeneutics, and phenomenology in his doctoral thesis, “Between the Text and the Reader: Interpretation in the Reading of Modern Maltese Poetry.” Micallef authored several critical studies and some literary works. He participated in various public discussions and interviews on broadcasting media. He has also written various introductions to literary publications, and was the editor of two issues of the Journal of Maltese Studies. He took part in various international conferences on literary phenomenology, and keeps an active role in the annual events of organisations such as The British Society for Phenomenology. Some of his international conference contributions have been published with houses such as Springer. Micallef has also contributed to international conferences on hermeneutics, with studies published in specialised anthologies such as Hermeneutics and the Humanities: Dialogues with Hans-Georg Gadamer (Leiden University Press, 2012). He held the position of head of the Department of Maltese at the University of Malta from 2011 to 2019, and in this role was also an ex officio committe member of the Għaqda tal-Malti – Università (Maltese Language Society – University), which resumed its operations in 2012 upon his initiative. Micallef held the role of president of L-Akkademja tal-Malti (The Maltese Language Academy) in 2004, during which year he co-ordinated two issues of Il-Malti, the revision and update of the organisation’s statute, and a number of its literary and cultural events.

Prof. Bernard Micallef

Professur