Immanuel Mifsud studja fl-Università ta’ Malta u fl-1995 ingħaqad mal-istaff akkademiku tal-Kulleġġ tal-Università u eventwalment beda jgħallem fil-Fakultà tal-Arti. L-interess akkademiku primarju tiegħu huwa r-rappreżentazzjoni tal-ġisem fil-letteratura u l-arti viżiva, il-ġeneru u l-letteratura, b’aċċenn fuq il-perjodu modern u kontemporanju. Huwa ta diversi taħditiet dwar dawn l-oqsma f’konferenzi lokali u barra minn Malta, kif ukoll f’universitajiet barranin. Immanuel Mifsud huwa kittieb prolifiku u rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb diversi drabi u fl-2011 kien l-ewwel awtur Malti li rebaħ il-Premju Letterarju tal-Unjoni Ewropea. Uħud mix-xogħlijiet tiegħu ġew maqluba għal diversi lingwi fosthom l-Ingliż, il-Franċiż, lingwi oħrajn Eworpej u l-Għarbi. Fl-2014 ingħata l-ġieħ ta’ Membru tal-Ordni tal-Mertu tar-Repubblika għas-sehem tiegħu fil-letteratura.

Immanuel Mifsud studied at the University of Malta and joined its academic staff in 1995, first as a lecturer at the University Junior College and eventually at the Faculty of Arts. His main academic interests are the body in literature and visual arts and gender and literature, with special focus on the modern and contemporary period. He has given papers and presentations locally and abroad and given lectures at foreign universities. Immanuel Mifsud is a prolific writer and poet and won a number of literary awards and was the first Maltese writer to be awarded the European Union Prize for Literature in 2011. Many of his books have been translated into various languages like English, French and other European languages, and Arabic. In 2014 he was made a Member of the Order of Merit of the Republic for his literary output.

Dr Immanuel Mifsud

Lettur Anzjan