Justine Somerville

Iggradwat b’B.A.(Unuri) fil-Malti, PGCE, u M.A. interdipartimentali fit-Tradizzjoni Letterarja u l-Kultura Popolari. Bħalissa qed tagħmel id-dottorat mal-Università ta’ Malta. Fir-riċerka tagħha qed tistħarreġ ir-rabta bejn il-memorja u n-narrattiva letterarja Maltija li nkitbet bejn is-snin sebgħin u l-elfejn u għoxrin. Fl-2021 ingħaqdet mal-istaff akkademiku tal-Università u bdiet tgħallem il-Letteratura mad-Dipartiment tal-Malti fil-Fakultà tal-Arti. Għallmet il-Malti fl-Iskejjel Sekondarji tal-Kulleġġ Santa Tereża (2015-2021). Serviet bħala membru tal-ġurija fuq il-bord tal-aġġudikazzjoni għall-Premju Terramaxka li jingħata mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (2016-2020). Hija membru tal-kumitat tal-NGO Inizjamed u parti mit-tim li jorganizza l-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta. 

Justine Somerville graduated with B.A.(Hons) in Maltese, PGCE, and an interdepartmental M.A. in Literary Tradition and Popular Culture. She is studying for a doctoral degree at the University of Malta. Her research investigates the relationship between memory and Maltese narrative fiction written from the seventies up till 2020. In 2021, she joined the academic staff at the University and started teaching Literature with the Department of Maltese within the Faculty of Arts. She taught Maltese in the Secondary Schools at St Theresa College (2015-2021). She served as a jury member on the adjudication board for the Terramaxka National Book Prize (2016-2020). She is a committee member of the NGO Inizjamed and part of the Malta Mediterranean Literature Festival’s organising team.

Justine Somerville

Assistenta Lettriċi