Prof. Michael Spagnol

Studja l-Malti u l-Lingwistika fl-Università ta’ Malta, kiseb id-dottorat fil-Lingwistika mill-Università ta’ Konstanz, il-Ġermanja, u għamel postdottorat mal-Max Planck Institute for Evolutionary Anthropology ta’ Leipzig, il-Ġermanja. L-oqsma ta’ speċjalizzazzjoni tiegħu huma l-morfoloġija, il-lessikografija u d-djalettoloġija. Huwa involut f’għadd ta’ proġetti ta’ riċerka dwar it-terminoloġija, id-djaletti, u t-tradizzjoni orali. Ħa sehem f’ħafna konferenzi internazzjonali, u ppubblika bosta studji xjentifiċi f’għadd ta’ kotba u rivisti akkademiċi. Bejn l-2019 u l-2023 kien il-Kap tad-Dipartiment tal-Malti fil-Fakultà tal-Arti. Kien membru tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti (2013-2016), u ilu mill-2013 il-Kap tal-Kumitat tat-Terminoloġija fi ħdan l-istess Kunsill. Huwa l-editur ta’ Riċerkaturi, u l-koeditur ta’ Qabelxejn u tas-sensiela Dizzjunarji Speċjalizzati. F’Jannar tal-2013 fetaħ il-paġna ta’ Facebook Kelma Kelma li tiġbor ħafna kurżitajiet lingwistiċi, u għal xi snin kien wieħed mill-organizzaturi tal-kunċerti mużiko-letterarji Kelma Kelma Nota Nota.

Studied Maltese and Linguistics at the University of Malta. He obtained a PhD in Linguistics from the University of Konstanz in Germany and completed a postdoctoral fellowship at the Max Planck Institute for Evolutionary Anthropology in Leipzig, Germany. His areas of specialisation include morphology, lexicography, and dialectology. He is involved in a number of research projects on terminology, dialects, and oral tradition. He has participated in numerous international conferences and has published several scientific studies in various books and academic journals. Between 2019 and 2023, he served as Head of the Department of Maltese within the Faculty of Arts. He was a member of the National Council for the Maltese Language (2013–2016), and since 2013 he has been Chair of the Terminology Committee within the same Council. He is the editor of Riċerkaturi and co-editor of Qabelxejn and the Dizzjunarji Speċjalizzati series. In January 2013, he launched the Facebook page Kelma Kelma, which shares linguistic curiosities, and for several years he was one of the organisers of the music-literary concert series Kelma Kelma Nota Nota.

Prof. Michael Spagnol

Professur Assoċjat