- Ingliż angel
- Grammatika nom maskili
- Plural anġli
- Qasam Ornamenti u Oġġetti Sagri
- Ħajr Raggio (2013)
Definizzjoni
Statwa li tirrappreżenta anġlu. L-anġli jintramaw fil-knisja f'xi festi speċjali u ġeneralment ikunu maġenb xi artal. L-aktar żminijiet komuni li jintużaw huma fil-festi tal-Milied jew f'xi festa relatata mas-Sagrament tal-Ewkaristija fejn dawn ikunu qed iżommu xi simboli relatati mal-festa. Hemm ukoll anġli li jissejħu 'adoraturi' li jintużaw f'okkażjonijiet fejn fuq l-artal ikun hemm is-Sagrament u aktarx ikunu għarkupptejhom b'idejhom flimkien bħala sinjal ta' adorazzjoni.