berrina

  • Ingliż gimlet
  • Grammatika nom femminili
  • Plural brieren, brienen
  • Qasam Mastrudaxxa

Definizzjoni

Biċċa għodda tixbah ħafna lil trapan irqiq b’maqbad u jiddawwar bl-idejn; quddiem ikollha ponta qasira u rqiqa bil-garġi bħal ta’ vit (biex tgħinha tidħol fl-injam) li teħxien wara ftit għall-wisa’ tat-trapan li jkun bħal garigor; il-mastrudaxxa kien jużaha biex itaqqab it-toqob fl-injam, l-aktar għall-viti.