dgħajsa tal-pass

  • Ingliż passenger boat, ferry boat
  • Grammatika frażi
  • Plural dgħajjes tal-pass
  • Varjant dgħajsa tax-xogħol; dgħajsa magħluqa
  • Qasam Regatta

Definizzjoni

Din tkun qisha gondola u tiflaħ iġġorr għaxar passiġġieri. Il-bennejja tal-opri tar-Regatta jirreferu għal dgħajsa tal-pass bħala “dgħajsa magħluqa” minħabba li għandha t-trinkarini sabiex jekk jaqa’ l-ilma ġo fihom jerġa’ joħroġ ’il barra. Meta dgħajsa tkun magħluqa tkun aktar b’saħħitha.