ex voto

  • Ingliż ex-voto
  • Grammatika nom maskili
  • Plural ex voti
  • Qasam Ornamenti u Oġġetti Sagri

Definizzjoni

Pjanċi tal-fidda, relatati mal-wegħdi li n-nies kienu jagħmlu ma’ xi qaddis partikolari. Dawn ikunu f’forom differenti bħal sieq, id, tarbija, irkoppa, qalb u oħrajn. Il-fidili kienu joffru dawn fil-wegħda li kienu jagħmlu biex il-qaddis jeħlishom mill-għawġ jew uġigħ li jista’ jkollhom u għadek issibhom imwaħħlin fil-knejjes f’xi niċċa ta’ xi qaddis jew maġenbu. Illum il-ġurnata dawn spiċċaw kważi għalkollox u m'għadhomx jintużaw fil-wegħdi li n-nies jagħmlu. Jistgħu jkunu wkoll pitturi żgħar jew oġġetti oħra li juru l-grazzja maqlugħa, bħalma nsibu fis-Santwarju ta' Pinu u fi knejjes oħra.