falliment tas-suq

  • Ingliż market failure
  • Grammatika nom maskili
  • Qasam Ekonomija
  • Ħajr Briguglio (2023)

Definizzjoni

Meta l-forzi tas-suq ma jaħdmux u għalhekk l-allokazzjoni tar-riżorsi ma tkunx skont id-domanda u l-provvista. Dan il-falliment ikun spiss assoċjat ma’ oġġett pubbliku bla prezz, jew ma’ effetti esterni li ma jkunux inklużi fl-ispiża tal-produzzjoni tal-impriżi.