maktur tal-Veronika

  • Ingliż Veil of Veronica
  • Grammatika frażi
  • Varjant il-liżar tal-Veronika; il-velu tal-Veronika; il-wiċċ ta’ Kristu
  • Qasam Il-Ġimgħa Mqaddsa
  • Ħajr Debono (2014)

Definizzjoni

Velu bi sfond abjad li fuqu hemm stampat il-wiċċ ta’ Kristu. Skont Emmerich (241-242), fit-triq ta’ Ġesù għall-Kalvarju, kien hemm mara jisimha Serafja li marret tixxotta wiċċ Kristu fil-velu tagħha u biex ipattilha ta’ mħabbitha, ħallielha xbieha ta’ wiċċu.