- Ingliż plywood
- Grammatika nom maskili
- Varjant marine plywood
- Qasam Mastrudaxxa, Regatta
Definizzjoni
Tip ta’ injam magħmul mill-bniedem li jiġi f’folji kbar ta’ 8 piedi b’4 piedi u faċilment jitgħawweġ jekk ma jinħażinx sew. Ikun jikkonsisti f’numru ta’ folji rqaq ta’ injam naturali inkullati ma’ xulxin u jiġi fi ħxuniet diversi. L-aktar daqsijiet popolari huma ¼’’/6mm, 3/8’’/9mm, ½’’/12mm, 5/8’’/15mm, ¾’’/18mm, 1’’/25mm, 1-1/4’’/32mm. Fuq l-opri tal-baħar, il-plywood jintuża għat-trinkarini.