- Ingliż set of statues
- Grammatika frażi
- Plural settijiet tal-vari
- Qasam Il-Ġimgħa Mqaddsa
Definizzjoni
Tradizzjonalment, dan is-sett jikkonsisti minn sett ta' tmien vari li kienu l-Ort, il-Marbut, Tal-Porpra, ir-Redentur, il-Veronika, il-Vara l-Kbira, il-Monument u d-Duluri. Fil-bidu tas-seklu għoxrin żdiedet il-vara tat-Tradiment ta' Ġuda u minn dakinhar bdew jiżdiedu aktar xeni bħal dik ta' Xmun minn Ċirene u l-Aħħar Ċena. Mal-istatwi tradizzjonali bdew isiru wkoll żidiet ta' diversi personaġġi, fosthom manigoldi mal-Marbut, suldati u Pilatu mal-Ecce Homo u nisa ta' Ġerusalemm jew tfal mal-Veronika.