sopraporta

  • Ingliż pelmet
  • Grammatika nom
  • Plural sopraporti
  • Qasam Ornamenti u Oġġetti Sagri
  • Ħajr Raggio (2013)

Definizzjoni

1. Il-kelma nfisha tindika li din hija tip ta' ornament li jinsab fuq il-bieb (sopra – fuq, porta – bieb). Infatti s-sopraporta, maħduma mill-injam, hija parti mit-tiżjin tal-knisja u ġeneralment tkun fuq il-bieb il-kbir tal-knisja min-naħa ta’ ġewwa u magħha tkun imdendla purtiera ħamra kbira. F'diversi knejjes, insibu sopraporti iżgħar fuq il-bibien sekondarji jew oħrajn li tgħaddi minnhom biex tgħaddi għal xi post ieħor, eżempju l-bieb tas-sagristija. 2. Sopraporta tista' tkun ukoll l-ornament tal-injam li nsibu fil-parti ta' fuq ta' xi nava li magħha jiddendel pavaljun. Din tinħadem skont l-addattament tagħha fin-nava li ser titwaħħal magħha u għalhekk tkun ferm iżgħar minn dik li jkun hemm fuq il-bieb prinċipali.