trerenju

  • Ingliż mitre
  • Grammatika nom maskili
  • Plural trerenji
  • Qasam Ornamenti u Oġġetti Sagri

Definizzjoni

Din hija l-istess bħal mitra iżda flok ġejja għall-ponta tkun aktar tonda, ġeneralment b'salib żgħir fuq u bi tliet kuruni magħha. Din m'għadhiex tintuża u kienet tintlibes f'ċelebrazzjonijiet solenni mill-Papa biss, l-ogħla kariga fil-ġerarkija tal-Knisja. Raggio kiteb dal-kumment ukoll fit-teżi: Kumment :- oriġinarjment din il-kelma tingħand ‘trirenju’ iżda fil-Birgu tingħad l-istess kelma u minflok il-vokali ‘i’ tintuża l-vokali ‘e’ u allura tingħad “trerenju.” Dan jista’ jkun minħabba l-influwenza tal-lingwa Taljana, il-lingwa minn fejn oriġinat din il-kelma. Għan-numru tlieta (3) fit-Taljan jingħand 'tre' (3) u għalhekk tingħad trerenju biex tfisser it-tliet kuruni li hemm ma’ din it-tip ta’ mitra li kien juża l-Papa. It-trirenju huwa parti mis-simboli li nsibu fuq il-bandiera safra u bajda tal-istat tal-Vatikan.