It-tnedija tal-fergħa lokali taċ-Ċentru tal-Ilsien Malti

Fid-9 ta’ Frar, fil-Kampus tal-Belt (UM), ittellgħet attività li matulha saret it-tnedija uffiċjali tal-fergħa lokali taċ-Ċentru tal-Ilsien Malti. Din l-attività saret fl-isfond tat-tiġdid tal-ftehim bejn l-Università ta’ Malta u l-Università ta’ Bremen, il-Ġermanja, li sar f’Ġunju tal-2022, u li fih twaqqfet fergħa lokali ta’ dan iċ-Ċentru. Għal din l-attività ġew mistiedna l-Prof. Thomas Stolz u Maike Vorholt li huma responsabbli mit-tmexxija taċ-Ċentru fl-Università ta’ Bremen.

Fl-ewwel siegħa saru diskorsi qosra minn Prof. Fabri, Dr Spagnol, u Prof. Stolz li tkellmu dwar it-twaqqif, l-istorja, u l-għanijiet ta’ dan iċ-Ċentru. Tkellmu wkoll l-amministraturi taż-żewġ fergħat, Maike Vorholt, Michela Vella u Raffaello Bezzina, li ddiskutew xi ideat u proġetti għall-futur. Fit-tieni siegħa l-Prof. Thomas Stolz ta taħdita bl-isem Special Toponymic Grammar in Maltese and beyond.

Fid-dawl tat-tiġdid tal-ftehim bejn iż-żewġ Universitajiet u bħala inizjattiva ta’ kollaborazzjoni, Maike Vorholt, l-amministratriċi tal-fergħa fi Bremen, qattgħet ġimgħa Malta. Matul din il-ġimgħa, hi u l-uffiċjali tar-riċerka tal-fergħa lokali fasslu pjan ta’ ħidma għax-xhur li ġejjin u kellhom diversi laqgħat dwar proġetti futuri, fosthom il-konferenza tal-Għaqda Internazzjonali tal-Lingwistika Maltija (GĦILM) li se ssir fi Bremen f’Settembru li ġej.

_ _ _

The launch of the local branch of the Maltese Language Centre

On the 9th of February, the official launch of the local branch of the Malta Centre was held at the Valletta Campus (UM). This event was organised in light of the renewal of the agreement between the University of Malta and the University of Bremen, Germany, which was signed in June 2022, and through which a local branch of this Centre was established. Prof. Thomas Stolz and Maike Vorholt, who are responsible for managing the Malta Centre at the University of Bremen, were invited to this event.

In the first hour Prof. Fabri, Dr Spagnol, and Prof. Stolz gave short speeches about the establishment, history, and objectives of the Centre. Additionally, the administrators of the two branches, Maike Vorholt, Michela Vella and Raffaello Bezzina, presented a number of future projects and ideas. In the second hour Prof. Thomas Stolz gave a talk entitled Special Toponymic Grammar in Maltese and beyond.

In view of the agreement’s renewal and as an initiative to strengthen the collaboration between the two branches, Maike Vorholt, the administrator of the branch in Bremen, spent a week in Malta. During this week, together with the research officers of the local branch, she drew up a work plan for the coming months and had several meetings about future projects, including the conference of the International Association of Maltese Linguistics (GĦILM ) which will take place in Bremen coming September.

Skopri Aktar