Konferenza fuq in-Narrattiva Politika

Is-Sibt 27 ta’ April 2024 saret konferenza nazzjonali bil-Malti fuq il-proża politika. Dan l-avveniment kien miftuħ għall-akkademiċi, l-istudenti, u l-pubbliku ġenerali. It-tema tal-konferenza, organizzata bi sħab bejn id-Dipartiment tal-Politika Pubblika (FEMA) u d-Dipartiment tal-Malti (Fakultà tal-Arti), kienet “In-Niggieża tan-Narrattiva: Il-Proża Politika.”

Sitt akkademiċi minn oqsma differenti ffukaw fuq xogħlijiet letterarji li jindirizzaw temi u ideat politiċi, u rriflettew fuq ir-rabtiet kumplessi bejn il-letteratura, il-politika, u s-soċjetà. Il-kelliema ewlenin kienu Justine Somerville, Dr Kurt Borg, Romario Sciberras, Dr Luke Buhagiar, u Dr Immanuel Mifsud. Wara l-preżentazzjoni tagħhom, Dr Marie Louise Mangion mexxiet diskussjoni dwar ir-reżistenza politika fiċ-ċinema.

Din hija t-tielet darba li ż-żewġ dipartimenti minn fakultajiet differenti tal-Università ta’ Malta ħadmu flimkien fuq konferenza nazzjonali. It-tieni konferenza minn din is-sensiela ta’ “LinguaPolitik” fuq ir-retorika politika saret f’April tal-2023. Il-ktieb bid-diskorsi li saru dakinhar, editjat mill-Prof. Mario Thomas Vassallo u l-Prof. Michael Spagnol, ingħata lil dawk kollha li attendew għat-tielet konferenza u jinsab online.

A public conference in Maltese on political prose was held on Saturday 27 April 2024. This event was open to academics, students and the general public. The theme of the conference, organised jointly by the Department of Public Policy (FEMA) and the Department of Maltese (Faculty of Arts), was “In-Niggieżża tan-Narrattiva: Il-Proża Politika.”

Six academics from various fields focused on literary works which address political themes and ideas, and reflected on the complex interplay between literature, politics and society. The main speakers were Justine Somerville, Dr Kurt Borg, Romario Sciberras, Dr Luke Buhagiar, and Dr Immanuel Mifsud. Their presentations were followed by a discussion about political resistance in cinema, moderated by Dr Marie Louise Mangion.

This is the third year running that the two departments from different faculties of the University of Malta co-organised a public conference. The second in this series of conferences called “LinguaPolitik” on politcal rethoric was held in April 2023. A book with the proceedings of that second conference, edited by Prof. Mario Thomas Vassallo and Prof. Michael Spagnol, was given to those who attended the third conference and is available online.

Skopri Aktar