“Aħna Ġejna mill-Ġenna” | L-Ispiritwalità fil-Ħajja u l-Kitba ta’ Oliver Friggieri

Konferenza f’Ġieħ Oliver Friggieri

Waqt dan l-avveniment, organizzat mill-Istitut Karmelitan flimkien mad-Dipartiment tal-Malti fl-Università u l-Akkademja tal-Malti, ġew iċċelebrati l-kitba u l-umanità tal-Professur Oliver Friggieri.

Il-konferenza saret fil-5 ta’ Marzu, 2022, u s-seba’ kelliema li ħadu sehem ħarsu mill-qrib lejn l-ispiritwalità fil-kitbiet letterarji u fil-ħajja ta’ Friggieri.

Rev. Dr Glen Attard O. Carm u Dr George Farrugia introduċew l-ewwel sessjoni, u l-interventi saru mill-Prof. Adrian Grima (Oliver Friggieri: Fraġilità, Dissens, u Ikonizzazzjoni Nazzjonali), is-Sur Romario Sciberras (Alla Huwa Kontra Alla? L-Ispiritwalità f’L-Istramb), is-Sa Beverly Agius (Il-Jien fil-Ħolqien: L-Ispiritwalità Ekoloġika fil-Poeżiji ta’ Oliver Friggieri), u Dr David Aloisio (L-Ispiritwalità ta’ Karlu Manju f’Fil-Parlament Ma Jikbrux Fjuri).  

It-tieni sessjoni tmexxiet mis-Sa Justine Somerville u l-interventi saru minn Rev. Dr Charlò Camilleri O. Carm (“Hi torri li għandu sisien fondi ħafna”: Il-Parabbola tat-Tradizzjoni f’La Jibbnazza Niġi Lura), Rev. Dr Jonathan Farrugia (Il-Paradoss tal-Kurċifiss), u s-Sur Robert Farrugia (’Il Barra fil-Fond: Alla, l-Imħabba u l-Mewt fl-Eżistenzjaliżmu ta’ Oliver Friggieri).

Il-konferenza saret fil-Kunvent tal-Karmelitani fl-Imdina u fost dawk li attendew kien hemm is-Sa Sara Brincat Friggieri, bint Oliver Friggieri. Din l-attività saret ukoll online permezz ta’ Zoom u xxandret fuq il-paġna tal-Akkademja fuq Facebook. ’Il quddiem l-atti ta’ din il-konferenza se jiġu stampati fi ktieb.

Id-Dipartiment tal-Malti qed jorganizza konferenza oħra f’ġieħ Oliver Friggieri, din id-darba mad-Dipartiment tal-Politika Pubblika fl-Università ta’ Malta. Dan l-avveniment, Il-Poter tal-Kelma: Politika u Letteratura f’Oliver Friggieri, se jsir fit-30 t’April, 2022.

_ _ _

Conference in Honour of Oliver Friggieri

Organised by the Carmelite Institute in collaboration with the Department of Maltese at the University of Malta and the Akkademja tal-Malti, this event celebrated Professor Oliver Friggieri, both as a writer and as a person.

The Conference, held on March 5, 2022, brought together seven speakers who explored a number of Friggieri’s literary works in relation to the theme of spirituality.

Rev. Dr Glen Attard O. Carm and Dr George Farrugia introduced the first session which featured talks by Prof. Adrian Grima (Oliver Friggieri: Fraġilità, Dissens, u Ikonizzazzjoni Nazzjonali), Mr Romario Sciberras (Alla Huwa Kontra Alla? L-Ispiritwalità f’L-Istramb), Ms Beverly Agius (Il-Jien fil-Ħolqien: L-Ispiritwalità Ekoloġika fil-Poeżiji ta’ Oliver Friggieri), and Dr David Aloisio (L-Ispiritwalità ta’ Karlu Manju f’Fil-Parlament Ma Jikbrux Fjuri).  

The second session was moderated by Ms Justine Somerville and featured talks by Rev. Dr Charlò Camilleri O. Carm (“Hi torri li għandu sisien fondi ħafna”: Il-Parabbola tat-Tradizzjoni f’La Jibbnazza Niġi Lura), Rev. Dr Jonathan Farrugia (Il-Paradoss tal-Kurċifiss), and Mr Robert Farrugia (’Il Barra fil-Fond: Alla, l-Imħabba u l-Mewt fl-Eżistenzjaliżmu ta’ Oliver Friggieri).

The event was held at the Carmelite Priory in Imdina and Mrs Sara Brincat Friggieri, Oliver Friggieri’s daughter, was among those present. The conference was also broadcast live via Zoom and on the Akkademja’s Facebook page. The proceedings will be published in a book in the near future.

The Department of Maltese is hosting another conference in honour of Oliver Friggieri on April 30, 2022.  This event, Il-Poter tal-Kelma: Politika u Letteratura f’Oliver Friggieri,  is being coordinated together with the Department of Public Policy at the University of Malta.

Skopri Aktar