Żjara fiċ-Ċentru tal-Ilsien Malti fi Bremen

Fit-22 ta’ Novembru, żewġ uffiċjali tar-riċerka mill-Università ta’ Malta żaru ċ-Ċentru tal-Ilsien Malti fl-Università ta’ Bremen, fil-Ġermanja, biex jiddiskutu l-futur taċ-ċentru u jieħdu sehem f’xi attivitajiet tal-Linguistics Week organizzati mid-Dipartiment tal-Lingwistika tal-Università ta’ Bremen.

Din iż-żjara saret fl-isfond tat-tiġdid tal-ftehim bejn l-Università ta’ Malta u l-Università ta’ Bremen. L-ewwel ftehim kien sar fl-2012, is-sena li fiha twaqqaf iċ-Ċentru tal-Ilsien Malti fi Bremen. Permezz tal-ftehim il-ġdid li sar f’Ġunju tal-2022, minbarra l-fergħa taċ-Ċentru tal-Ilsien Malti fil-Ġermanja, twaqqfet fergħa lokali wkoll. Michela Vella, studenta mill-Istitut tal-Lingwistika u t-Teknoloġija tal-Lingwa, u Raffaello Bezzina, student mid-Dipartiment tal-Malti, huma ż-żewġ uffiċjali tar-riċerka li jamministraw din il-fergħa lokali ġdida.

Akkumpanjati mill-Kap tad-Dipartiment tal-Malti, Dr Michael Spagnol, iż-żewġ uffiċjali tar-riċerka ltaqgħu mal-Prof. Thomas Stolz, id-Direttur taċ-Ċentru, u Maike Vorholt, l-Amministratriċi taċ-Ċentru fi Bremen, u ddiskutew għadd ta’ suġġetti, fosthom (a) inizjattivi ta’ kollaborazzjoni bejn iż-żewġ entitajiet, (b) il-ħolqien ta’ sit ġdid taċ-Ċentru li jkun jinkludi riżorsi lingwistiċi utli, fosthom, biblijografija tar-riċerka lingwistika Maltija, u (ċ) il-konferenza tal-Għaqda Internazzjonali tal-Lingwistika Maltija (GĦILM) li se ssir f’Settembru 2023 fi Bremen.

_ _ _

Visit to the Malta Centre in Bremen

On the 22 of November, two research support officers from the University of Malta visited the Malta Centre at the University of Bremen, in Germany, to discuss the future of the centre and to participate in the Linguistics Week organised by the Department of Linguistics of the University of Bremen.

This visit took place in light of a new agreement between the University of Malta and the University of Bremen. The first agreement was signed in 2012, the year in which the Malta Centre was founded in Bremen. Through the new agreement, which  was entered into in June 2022, a new local branch was set up in addition to the branch of the Malta Centre in Germany. Michela Vella, a student from the Institute of Linguistics and Language Technology, and Raffaello Bezzina, a student from the Department of Maltese, are the two research officers appointed as administrators of the new local branch.

Accompanied by the head of the Department of Maltese, Dr Michael Spagnol, the two research officers met Prof. Thomas Stolz, the Director of the Centre, and Maike Vorholt, the Administrator of the Centre in Bremen, and discussed a number of topics including (a) collaboration initiatives between the two entities, (b) the formation of a new website for the Centre that will include useful linguistic resources, such as a bibliography of Maltese linguistics, and (c) the conference of the International Association of Maltese Linguistics (GĦILM) which will take place in September 2023 in Bremen.

Skopri Aktar