“Jien Kurjuż fuq Kollox”: Il-Kelma ta’ Guido Lanfranco

Seminar f’Ġieħ Guido Lanfranco

Waqt dan is-seminar ġew iċċelebrati aspetti differenti tal-ħidma bla heda ta’ Guido Lanfranco fil-qasam tat-tradizzjoni orali. Lanfranco twieled fit-18 ta’ Ottubru 1930 u ħalliena bħal daż-żmien sena, fit-8 ta’ Settembru 2021. Huwa wieħed mill-folkloristi ewlenin ta’ Malta u ġabar minn fomm in-nies għajdut, ħrejjef, leġġendi u taqbiliet.

Is-seminar sar fis-6 ta’ Ottubru 2022, fil-Librerija tal-Fakultà tal-Arti, fl-Università ta’ Malta, u l-kelliema kienu l-Prof. Sandro Lanfranco, il-Prof. Mark Anthony Falzon, Rita Saliba, Yanika Schembri Fava, Michael Deguara, il-Prof. Adrian Grima, u Kenneth Cassar. Fl-interventi tagħhom ma tkellmux biss dwar Guido Lanfranco bħala folklorista li studja l-pjanti lokali u l-mediċina popolari, fost l-oħrajn, iżda wkoll bħala osservatur entużjast, għalliem, kittieb tal-limerikki, konservazzjonist, u artist.   

Dan is-seminar huwa parti mill-proġett dwar it-Tradizzjoni Orali tad-Dipartiment tal-Malti u ttella’ bl-għajnuna tal-Klabb Kotba Maltin u l-Fondi tar-Riċerka tal-Università.

_ _ _

Seminar in Honour of Guido Lanfranco

This event discussed different aspects of Guido Lanfranco’s rigorous work in the field of oral tradition. Lanfranco was born on 18 October 1930 and died a year ago, on 8 September 2021. He is one of Malta’s main folklore scholars and has collected many tales, legends, rhymes, and expressions transmitted orally. 

The seminar was held on 6 October 2022, in the Faculty of Arts Library, at the University of Malta, and the speakers were Prof. Sandro Lanfranco, Prof. Mark Anthony Falzon, Rita Saliba, Yanika Schembri Fava, Michael Deguara, Prof. Adrian Grima, and Kenneth Cassar. Their talks celebrated Guido Lanfranco not only as a scholar of folklore and natural history who studied local plants and popular medicine, amongst other subjects, but also as a keen observer, teacher, writer of limericks, conservationist, and artist. 

This seminar is part of the Oral Traditions project of the Department of Maltese, which is supported by the University’s Research Fund and Klabb Kotba Maltin.

Skopri Aktar