Diploma fil-Letteratura Maltija

Id-Diploma fil-Letteratura Maltija tħarreġ lill-istudenti f’dawk il-ħiliet partikulari meħtieġa għax-xandir, il-pubblikazzjoni, u l-preżentazzjoni pubblika ta’ xogħlijiet letterarji bil-Malti. Dan il-kors part-time ta’ filgħaxija jtejjeb il-prospetti professjonali ta’ kull min għandu għal qalbu karriera fil-produzzjonijiet letterarji u kulturali mwasslin lill-pubbliku mill-mezzi tax-xandir, mid-djar tal-pubblikazzjoni, u minn setturi u istituzzjonijiet oħra ddedikati għall-promozzjoni tal-arti tal-kelma bil-Malti. Id-Diploma għandha sessjonijiet kreattivi li jħarrġu lill-istudenti fil-preżentazzjoni oriġinali u multidixxiplinarja ta’ xogħlijiet letterarji diġà eżistenti. B’dan il-mod, il-kors jgħin lil dawk il-persuni li huma interessati fil-kordinazzjoni u l-preżentazzjoni professjonali ta’ avvenimenti letterarji. Il-komponent tal-kitba kreattiva f’din id-Diploma jsaħħaħ il-ħiliet artistiċi meħtieġa għall-poeżija, in-narrattiva, u d-drama oriġinali, u b’hekk itejjeb il-prospetti ta’ dawk l-istudenti interessanti fil-kitba letterarja pprattikata bħala professjoni. B’taħriġ estensiv fl-evalwazzjoni u fl-istħarriġ ta’ xogħlijiet letterarji minn diversi perjodi tal-letteratura Maltija, id-Diploma ttejjeb ukoll l-opportunitajiet tax-xogħol għal dawk l-istudenti li jixtiequ jaħdmu fil-qasam tal-ġurnaliżmu kulturali.

The Diploma in Maltese Literature develops in its students the specific skills for broadcasting, publishing, and publicly enacting literary works in Maltese. This part-time evening course improves the professional prospects of all those who value a career in literary and cultural productions as conveyed to the public by the media, by publishing houses, and by other sectors and institutions dedicated to promoting verbal art in Maltese. The Diploma has creative sessions that train the students in the original and multidisciplinary enactment of already existing literary works. The course thus supports persons interested in the professional co-ordination and presentation of literary events. The creative-writing component in this Diploma strengthens the artistic skills required for original poetry, drama, and narrative, thereby improving the prospects of those students interested in literary writing taken up as a profession. With extensive training in the evaluation and the analysis of literary works from various periods of Maltese literature, the Diploma also improves the career opportunities of those students aspiring to work in the field of cultural journalism.

Dr Mario Aquilina, L-ewwel parti, Ir-Reċensjoni Letterarja
Dr Mario Aquilina, It-tieni parti, Ir-Reċensjoni Letterarja
Dr Mario Aquilina, It-tielet parti, Ir-Reċensjoni Letterarja
Dr Mario Aquilina, Ir-raba’ parti, Ir-Reċensjoni Letterarja
Diploma fil-Letteratura Maltija, Filmat introduttiv
Glen Calleja dwar Il-Qari tal-Letteratura fil-Pubbliku
Diploma fil-Letteratura Maltija, Ir-Rwol tal-Qarrej
Diploma fil-Letteratura Maltija, In-Narrativa Maltija Kożmopolitana
Diploma fil-Letteratura Maltija, In-Narrativa fil-Gazzetti u l-Faxxikli
Diploma fil-Letteratura Maltija, Il-Poeżija Kożmopolitana Maltija
Diploma fil-Letteratura Maltija, Testimonjanzi, Clifton Azzopardi
Diploma fil-Letteratura Maltija, Testimonjanzi, Jesmond Sharples
Diploma fil-Letteratura Maltija, Testimonjanzi, Mark Camilleri
Diploma fil-Letteratura Maltija, Testimonjanzi, MariaElena Zammit
Diploma fil-Letteratura Maltija, Testimonjanzi, Dorian Grima
Diploma fil-Letteratura Maltija, Testimonjanzi, Dr Chris Cini
Diploma fil-Letteratura Maltija, Testimonjanzi, Claire Zerafa
Diploma fil-Letteratura Maltija, Testimonjanzi, Rowena Calleja
Diploma fil-Letteratura Maltija, Testimonjanzi, Noel Tanti
Diploma fil-Letteratura Maltija, Testimonjanzi, Kit Azzopardi