Konferenza Dun Karm

Il-Konferenza Dun Karm, li ssir kull sentejn, bdiet fl-1976 mat-twaqqif tal-Fondazzjoni Karmen Mikallef Buħaġar bil-għan li r-riċerkaturi regolarment jistħarrġu xi aspett tal-kontribut letterarju u lingwistiku tal-poeta nazzjonali. F'din it-taqsima ntellgħu l-filmati tat-taħditiet li jiġu organizzati u f'din il-paġna nelenkaw it-taħditiet kollha li saru u wħud mill-pubblikazzjonijiet li ħarġu mill-konferenza.

The biennial Konferenza Dun Karm started in 1976 with the establishing of Fondazzjoni Karmen Mikallef Buħaġar. Its aim is to bring together researchers that study literary and linguistic aspects of the national poet's works. This section contains videos of the lectures, while this page includes a list of the lectures and some of the publications with findings from the conference.

L-Iħorijiet fil-Poeżija Politika ta’ Dun Karm

Prof. Immanuel Mifsud

Il-poeżija ta' Dun Karm, speċjalment (għalkemm mhux biss) dik politika, toħloq diskors li jsawwar sensiela ta' distinzjonijiet bejn jien u l-Ieħor. F'dan il-proċess, fil-verità, jinħoloq aktar minn Ieħor wieħed u kull wieħed minn dawn jiġi identifikat billi jitħalla anonimu... jew kważi.
Id-drittijiet ta’ dan ix-xogħol huma tal-awtur(i)/tal-pubblikatur kif definiti fil-Leġiżlazzjoni xierqa dwar id-Drittijiet tal-Awtur jew kif emendati b’kull leġiżlazzjoni suċċessiva. L-utenti jistgħu jaċċessaw dan ix-xogħol u jistgħu jużaw l-informazzjoni li fih, skont il-Leġiżlazzjoni dwar id-Drittijiet tal-Awtur u dment li l-awtur jiġi rikonoxxut kif xieraq. Huma pprojbiti d-distribuzzjoni jew ir-riproduzzjoni ulterjuri fi kwalunkwe format mingħajr il-permess minn qabel tad-detentur tad-drittijiet tal-awtur.

Il-Mara f’Malta ta’ Dun Karm: Bejn Poeżija u Storja

Dr Simone Azzopardi

‘Inħobb iżjed lill-oħra, illum ta’ ġewwa.’ Fl-allegorija ta’ pajjiż bħala mara, jinstema’ l-eku tal-fehma ta’ Dun Karm dwar l-ideal femminili li jikteb dwaru f’diversi poeżiji. Min-naħa nistgħu nħarsu lejn dawn il-poeżiji bħala mezzi alternattivi li minnhom nafu naqraw fehmiet soċjali dwar in-nisa fl-ewwel parti tas-seklu għoxrin. Min-naħa l-oħra, analiżi tal-kuntest storiku wiegħsa taf tispjegalna aħjar kif il-mara tidher, jew ma tidhirx, fil-poeżiji tiegħu. Bejn il-mara fil-poeżiji ta’ Dun Karm u l-mara f’Malta ta’ żmien Dun Karm, hemm diversi punti t’interess li jistħoqqilhom diskussjoni.
Id-drittijiet ta’ dan ix-xogħol huma tal-awtur(i)/tal-pubblikatur kif definiti fil-Leġiżlazzjoni xierqa dwar id-Drittijiet tal-Awtur jew kif emendati b’kull leġiżlazzjoni suċċessiva. L-utenti jistgħu jaċċessaw dan ix-xogħol u jistgħu jużaw l-informazzjoni li fih, skont il-Leġiżlazzjoni dwar id-Drittijiet tal-Awtur u dment li l-awtur jiġi rikonoxxut kif xieraq. Huma pprojbiti d-distribuzzjoni jew ir-riproduzzjoni ulterjuri fi kwalunkwe format mingħajr il-permess minn qabel tad-detentur tad-drittijiet tal-awtur.

Evviva s-seklu tagħna

Prof. Dominic Fenech

Is-snin ta' bejn iż-żewg gwerer dinjin huma żmien seminali fl-iżvilupp politiku, kulturali u nazzjonali ta' Malta. Ingħatajna gvern risponsabbli, li iżda rrokka minħabba diżgwid politiko-religjuż, fuq il-lingwa, u fil-qasam internazzjonali. Kien żmien ta' modernizzazzjoni mgħaġġla, bil-firxa tat-trasport mekkaniku, taċ-ċinema, tar-radju, u innovazzjonijiet oħra li fetħu tieqa fuq id-dinja lil hinn minn xtutna, u anki fixklu lil min ma kienx lest għall-bidliet li ġabu fl-istil tal-ħajja. Dan kien l-isfond għall-ħafna mill-kitba ta' Dun Karm - kuntest ta' tibdil u taqlib li l-poeta anki indirizza direttament. Kien żmien ta' qawmien tal-ilsien Malti, li ma tantx ta gost lil min qies it-Taljan bħala la lingua di Malta. Dun Karm issogra li jsib ruħu bejn il-basla u qoxritha.
Id-drittijiet ta’ dan ix-xogħol huma tal-awtur(i)/tal-pubblikatur kif definiti fil-Leġiżlazzjoni xierqa dwar id-Drittijiet tal-Awtur jew kif emendati b’kull leġiżlazzjoni suċċessiva. L-utenti jistgħu jaċċessaw dan ix-xogħol u jistgħu jużaw l-informazzjoni li fih, skont il-Leġiżlazzjoni dwar id-Drittijiet tal-Awtur u dment li l-awtur jiġi rikonoxxut kif xieraq. Huma pprojbiti d-distribuzzjoni jew ir-riproduzzjoni ulterjuri fi kwalunkwe format mingħajr il-permess minn qabel tad-detentur tad-drittijiet tal-awtur.

Il-Wirt ta’ Karmen Mikallef Buħaġar

Fid-diskors tal-ftuħ, il-Prof. Bernard Micallef tkellem fuq Karmen Mikallef Buħaġar, il-fundatriċi tal-Konferenza Dun Karm, it-trobbija tagħha Lixandra, il-passjoni tagħha għal-letteratura Maltija, il-korrispondenza tagħha ma’ Dun Karm, u l-pubblikazzjoni tax-xogħlijiet miġbura tiegħu. Id-drittijiet ta’ dan ix-xogħol huma tal-awtur(i)/tal-pubblikatur kif definiti fil-Leġiżlazzjoni xierqa dwar id-Drittijiet tal-Awtur jew kif emendati b’kull leġiżlazzjoni suċċessiva. L-utenti jistgħu jaċċessaw dan ix-xogħol u jistgħu jużaw l-informazzjoni li fih, skont il-Leġiżlazzjoni dwar id-Drittijiet tal-Awtur u dment li l-awtur jiġi rikonoxxut kif xieraq. Huma pprojbiti d-distribuzzjoni jew ir-riproduzzjoni ulterjuri fi kwalunkwe format mingħajr il-permess minn qabel tad-detentur tad-drittijiet tal-awtur.

Dun Karm ta’ Żmienu, Dun Karm Illum

Fid-diskors tal-għeluq, il-Prof. Adrian Grima tkellem fuq kif minn banda nippruvaw naqraw lil Dun Karm fil-waqt storiku tiegħu, fil-medda storika u kumplessa tiegħu, u mill-banda l-oħra ikollna naqrawh ukoll mil-lum, mill-mument u l-esperjenza tagħna. Id-drittijiet ta’ dan ix-xogħol huma tal-awtur(i)/tal-pubblikatur kif definiti fil-Leġiżlazzjoni xierqa dwar id-Drittijiet tal-Awtur jew kif emendati b’kull leġiżlazzjoni suċċessiva. L-utenti jistgħu jaċċessaw dan ix-xogħol u jistgħu jużaw l-informazzjoni li fih, skont il-Leġiżlazzjoni dwar id-Drittijiet tal-Awtur u dment li l-awtur jiġi rikonoxxut kif xieraq. Huma pprojbiti d-distribuzzjoni jew ir-riproduzzjoni ulterjuri fi kwalunkwe format mingħajr il-permess minn qabel tad-detentur tad-drittijiet tal-awtur.