Għoxrin studjuż u studjuża minn dixxiplini differenti jiddiskutu x-xogħol ta' Juann Mamo (26 ta' Ottubru 2013). Organizzat mid-Dipartiment tal-Malti fil-Fakultà tal-Arti bl-appoġġ tal-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol fl-Università l-Qadima tal-Belt Valletta.
Twenty scholars from various disciplines discuss the work of Juann Mamo (October 26, 2013). Organized by the Department of Maltese in the Faculty of Arts at the University of Malta, with the support of the Ministry of Education and Employment at the Auditorium of the Valletta Campus in St Paul’s Street, Valletta, Malta.
Konferenza Juann Mamo – 1, Personalità Letterarja Kumplessa
Kelliema: Mario Cassar, Oliver Friggieri, Adrian Grima, Immanuel Mifsud, Anna Borg Cardona, Saturnina Tonna, Annalise Vassallo, u interventi mill-udjenza
Friggieri jitkellem fuq ir-rumanz bħala proposta soċjali fejn Mamo ma jarax lil Malta soċjalment preparata u jikkritikaha bl-aħrax, imma fl-istess ħin iħobb lil pajjiżu. Grima jitkellem dwar l-estasi tal-oratorija bħala riżultat tal-kelma mħaddma u joħroġ l-aspett ironiku, Mifsud jiddiskuti ċ-ċingrufù u Borg Cardona titkellem dwar it-tradizzjoni tal-għana u d-daqq ta’ strumenti f’xogħlijiet Mamo. Dawn huma t-taħditiet kollha tal-Konferenza Juann Mamo tal-2013 li ġiet organizzata mid-Dipartiment tal-Malti fil-Fakultà tal-Arti tal-Università ta’ Malta, bl-għajnuna tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol. Hemm ukoll l-interventi mill-udjenza. Ix-xogħol kollu tal-iffilmjar u l-editjar sar minn Neville Mifsud.
Konferenza Juann Mamo – 2, Il-Lingwa ta’ Juann Mamo
Kelliema: Albert Borg, Manwel Mifsud, Immanuel Mifsud, Clifford Jo Żahra, Michael Spagnol, Albert Gatt, u interventi mill-udjenza
Jiġu diskussi ċ-ċingrufù, l-għażla ta’ triq alternattiva għall-iżvilupp tal-ilsien Malti, l-irwol ta’ Mamo bħala lessikografu u ħallieq, id-djalett u l-kirurġija plastika, u l-letteratura. Dawn huma t-taħditiet kollha tal-Konferenza Juann Mamo tal-2013 li ġiet organizzata mid-Dipartiment tal-Malti fil-Fakultà tal-Arti tal-Università ta’ Malta, bl-għajnuna tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol. Hemm ukoll l-interventi mill-udjenza. Ix-xogħol kollu tal-iffilmjar u l-editjar sar minn Neville Mifsud.
Konferenza Juann Mamo – 3, Ulied in-Nanna Venut fl-Amerka
Kelliema: Marco Galea, Immanuel Mifsud, Lara Mier Cilia, Bernard Micallef, Ivan Callus, u interventi mill-udjenza
Jiġu diskussi l-elementi taċ-ċingrufù fil-kitba ta’ Mamo, it-tip uman ta’ Mamo peress li ħafna karattri għandhom karatteristiċi simili ta’ xulxin, l-istrateġiji narrattivi ta’ Mamo u s-satira. Fl-aħħar Callus jitkellem dwar Mamo bħala Modernist u dwar il-kritika. Dawn huma t-taħditiet kollha tal-Konferenza Juann Mamo tal-2013 li ġiet organizzata mid-Dipartiment tal-Malti fil-Fakultà tal-Arti tal-Università ta’ Malta, bl-għajnuna tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol. Hemm ukoll l-interventi mill-udjenza. Ix-xogħol kollu tal-iffilmjar u l-editjar sar minn Neville Mifsud.
Konferenza Juann Mamo – 4, Personaġġi f’Ulied in-Nanna Venut fl-Amerka
Kelliema: Henry Frendo, Lawrence E. Attard, Charles Scerri, John C. Betts, Raymond Mangion, u interventi mill-udjenza
Jiġu diskussi l-emigrant Malti li jemigra anki jekk ma jkunx jaf wisq fuq id-destinazzjoni tiegħu, l-univers mediku-xjentifiku ta’ żmienu, il-fabbrika tan-Nanna Venut u l-industrija, il-flien u l-livelli ta’ kif jiddeskrivi personaġġi differenti. Dawn huma t-taħditiet kollha tal-Konferenza Juann Mamo tal-2013 li ġiet organizzata mid-Dipartiment tal-Malti fil-Fakultà tal-Arti tal-Università ta’ Malta, bl-għajnuna tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol. Hemm ukoll l-interventi mill-udjenza. Ix-xogħol kollu tal-iffilmjar u l-editjar sar minn Neville Mifsud.
Konferenza Juann Mamo, Introduzzjoni
Ftuħ tal-Konferenza: Bernard Micallef, Evarist Bartolo, Joe Friggieri
Dr Bernard Micallef jagħmel kelmtejn ta’ merħba u warajh l-Onor. Evarist Bartolo jitkellem dwar l-importanza ta’ Juann Mamo llum. Imbagħad, il-Prof. Joe Friggieri jitkellem dwar il-finzjoni fil-kitba u l-karattri verosimili.