Webinar fuq il-Lingwa, il-Lingwistika u l-Letteratura fil-livell Intermedju u Avvanzat (25-26 ta’ Settembru 2020)
A webinar on the study of Maltese language and literature at Intermediate and Advanced level (September 25-26, 2020)
F'dan il-webinar għal-letturi u l-għalliema tal-Malti saru preżentazzjonijiet minn David Agius Muscat (l-oral u t-taħriġ il-fehem), David Aloisio (il-poeżija ta’ Oliver Friggieri), il-Prof. Albert Borg u l-Prof. Manwel Mifsud (il-komponenti kostitwenti tal-Malti), Dr Michael Spagnol u Dwayne Ellul (is-semantika), Leanne Ellul (in-novelli ta’ Trevor Żahra), Dr George Farrugia (il-lingwa ġenerali), Dr Marco Galea (Karnival), Joseph Vella u l-Prof. Adrian Grima (Ħelsien), u Dr Immanuel Mifsud (il-poeżija ta’ Simone Galea). Id-diskussjonijiet tmexxew minn Clare Azzopardi, Joseph Borg u Patrick Sammut.
Mal-Kliem Li Jaqa’ | Il-Lingwa u l-Lingwistika fil-livell Intermedju u Avvanzat
L-ewwel jum tas-seminar dwar il-lingwa, il-lingwistika u l-letteratura fis-sillabi tal-Malti fil-livell Intermedju u Avvanzat organizzat mid-Dipartiment tal-Malti fil-Fakultà tal-Arti tal-Università ta' Malta u fil-Junior College. Is-seminar sar fil-forma ta' webinar il-Ġimgħa 25 ta' Settembru 2020 mill-4.00pm sas-7.00pm. It-taħditiet jibdew f'dawn il-ħinijiet, imma araw ukoll id-diskussjonijiet: - David Agius Muscat, L-oral u l-kitba, 1:00 - Dr George Farrugia, X'inhi l-Lingwa, 45:20 - Prof. Albert Borg, Prof. Manwel Mifsud, Dr Olvin Vella, L-Iżvilupp tal-Ilsien Malti, 1:07:30 - Dr Michael Spagnol, Xi Jfisser it-Tifsir?, 1:46:40 - Dwayne Ellul, Is-Semantika fid-Dizzjunarji u t-Teżawri, 2:08:50
Mal-Kliem Li Jaqa’ | Il-Letteratura fil-livell Intermedju u Avvanzat
It-tieni jum tas-seminar dwar il-lingwa, il-lingwistika u l-letteratura fis-sillabi tal-Malti fil-livell Intermedju u Avvanzat organizzat mid-Dipartiment tal-Malti fil-Fakultà tal-Arti tal-Università ta' Malta u fil-Junior College. Dan it-tieni seminar sar fil-forma ta' webinar is Sibt 26 ta' Settembru 2020 mill-10.00am sas-1.00pm. It-taħditiet jibdew f'dawn il-ħinijiet, imma araw ukoll id-diskussjonijiet: - Introduzzjoni: Clare Azzopardi u Adrian Grima - David Aloisio, Friggieri l-Influencer, 00:02:53 - Dr Immanuel Mifsud, Mara li Tħobb, 00:22:00 - Diskussjoni fuq il-poeżija ta’ Oliver Friggieri u Simone Galea, 00:45:53 - Joseph Vella, Ħelsien, l-Istudenti, u t-tqandil ta' tratt blat, 00:57:20 - Prof. Adrian Grima, Ħelsien u n-Narratur Li Dejjem Jindaħal, 01:18:04 - Diskussjoni fuq Ħelsien, 01:41:00 - Leanne Ellul, Il-lingwa tal-letteratura: riflessjonijiet fuq Xemgħat, 01:50:55 - Dr Marco Galea, Karnival u Randan, Ġdid u Qadim, Tajjeb u Ħażin, 02:10:50 - Diskussjoni tal-aħħar dwar it-testi letterarji, 02:27:05 Il-muntaġġ ta' dan il-filmat sar mid-Dipartiment tal-Malti tal-Junior College. Koordinazzjoni ta' Clare Azzopardi u Adrian Grima.