Programmi

Tisqifa għall-Għana Malti – Episodju 01

"Tisqifa għall-Għana Tagħna"" hi sensiela ta' Ġorġ Mifsud-Chircop li xxandret fuq Campus FM."

Tisqifa għall-Għana Malti – Episodju 02, Fredu Abela l-Bamboċċu

"Tisqifa għall-Għana Tagħna"" hi sensiela ta' Ġorġ Mifsud-Chircop li xxandret fuq Campus FM. Fit-tieni episodju jintervista lil Fredu Abela, il-Bamboċċu."

Tisqifa għall-Għana Malti – Episodju 03, Fredu Abela l-Bamboċċu

"Tisqifa għall-Għana Tagħna"" hi sensiela ta' Ġorġ Mifsud-Chircop li xxandret fuq Campus FM. Fit-tielet episodju tkompli l-intervista ma' Fredu Abela, il-Bamboċċu."

Tisqifa għall-Għana Malti – Episodju 04, Ċikku Degiorgio tal-Fjuri

"Tisqifa għall-Għana Tagħna"" hi sensiela ta' Ġorġ Mifsud-Chircop li xxandret fuq Campus FM. Fir-raba' episodju jintervista lil Ċikku Degiorgio, tal-Fjuri."

Tisqifa għall-Għana Malti – Episodju 05, Ċikku Degiorgio tal-Fjuri

"Tisqifa għall-Għana Tagħna"" hi sensiela ta' Ġorġ Mifsud-Chircop li xxandret fuq Campus FM. Fil-ħames episodju jkompli l-intervista ma' Ċikku Degiorgio, tal-Fjuri."

Tisqifa għall-Għana Malti – Episodju 06, Ċikku Degiorgio tal-Fjuri

F'dan il-programm Ġorġ Mifsud Chircop ikompli jitkellem ma' Ċikku Degiorgio 'tal-Fjuri' dwar l-għana. Din id-darba jitkellem miegħu fid-dettall dwar l-għana tal-fatt. Nisimgħu żewġ għanjiet b'dn it-tema. L-ewwel waħda, Tifħira lill-Mulej, kitibha u jgħanniha Ċikku stess. Jakkumpanjawh fuq il-kitarri, Kalċidon Vella 'ta' Mustaċċa', ibnu Mark u Willie Saliba. It-tieni għanja, li hija mistħajla, Tifel Keċċietu Ommu, titgħanna minn Ċikku li huwa akkumpanjat fuq il-kitarri minn Kalċidon Vella 'ta' Mustaċċa', bint Denise u Mosè Casha 'ta' Lucy'.

Tisqifa għall-Għana Malti – Episodju 07, Kalċidon Vella

Niltaqgħu ma' Kalċidon Vella 'ta' Mustaċċa', daqqaq tal-kitarri minn Ħaż-Żabbar, li jitkellem dwar ir-rabta tal-familja tiegħu mad-daqq tal-kitarri. Tinstema' silta minn marċ li jindaqq fuq il-kitarri. Jinstema' wkoll il-fatt Ġużeppi tal-Katakombi. Jgħanni Xmun Spiteri 'ta' Mattiwenz' miż-Żejtun waqt li wieħed mill-kitarristi huwa Stiefnu Vella, missier Kalċidon.

Tisqifa għall-Għana Malti – Episodju 08, Kalċidon Vella

Il-preżentatur jitkellem ma' Kalċidon Vella 'ta' Mustaċċa' minn Ħaż-Żabbar dwar id-daqq u l-varjetà tal-prejjem Maltin. Jinstemgħu erba' siltiet ta' daqq tal-prejjem minn Kalċidon. Fis-siltiet kollha jakkumpanjawh iż-żewġ uliedu Mark u Denise. L-ewwel silta hija tas-Sol bil-mod, tat-tieni tas-Sol mgħaġġlin jew imħarrkin, it-tielet waħda tad-Do u l-aħħar waħda tal-Minore.

Tisqifa għall-Għana Malti – Episodju 09, Mark Vella

George Mifsud Chircop ilaqqana ma' Mark Vella, iben Kalċidon 'ta' Mustaċċa', minn Ħaż-Żabbar. Ilaqqagħna wkoll ma' Denise Vella, oħt Mark. Tal-ewwel idoqq il-prejjem u oħtu takkumpanja. Nisimgħu diversi siltiet ta' daqq tal-prejjem minn Mark, xi drabi akkumpanjat minn missieru Kalċidon u oħtu Denise.