It-Taqbil fil-Festi

Minn Fuq l-Ispalla
It-Taqbil fil-Festi

Kelliem: Dr Alexander Vella Gregory
Data: Is-Sibt 5 ta’ Diċembru 2020
Ħin: 7.00pm
Zoom: universityofmalta.zoom.us/j/95642390254

Hekk kif il-banda tieqaf u l-miġemgħa tistenna b’ħerqa l-marċ li jmiss, xi ħadd jiftaħ fommu, jgħolli jdejh, jew jitla’ fuq spallejn xi ħadd. Min mitluf isikket ħa jisma’, u min mitluf iħeġġeġ ħa jagħmlu iktar briju. Imbagħad joħorġu l-vrus imħanxra ħa jisma’ kulħadd, daqqa ta’ tifħir lejn il-patrun/a, u daqqa ta’ pika. Ġieli jkun taqbil ġdid, allura kulħadd jisma’ b’reqqa, u ġieli jkun taqbil qadim li ntiret minn ġenerazzjoni għal oħra, u allura hemmhekk kulħadd jingħaqad għall-vers finali. U fl-aħħar? Iżjed ċapċip, u iżjed briju.

Din it-taħdita tħares lejn it-tradizzjoni tat-tqabbil fil-festi fid-dawl tal-proġett Il-Kelma fil-Komunità. Il-ġbir sar minn aktar minn 40 lokalità u 60 festa differenti, u nġabru ’l fuq minn 1,500 taqbila: patrimonju lingwistiku importanti u wirt intanġibbli prezzjuż. It-taqbil jitfa’ dawl mhux biss fuq il-festi iżda fuqna bħala bnedmin. Din it-taħdita ser isservi ta’ introduzzjoni għal dan il-fenomenu. Fejn isir l-iżjed taqbil? Minn min? Kif? Għalfejn?

Imexxi l-Proġett: Dr Alexander Vella Gregory
Riċerkaturi: Yanika Schembri Fava, Marita Cassar, Jake Debattista.
Ħajr lil Dr Michael Spagnol, id-Dipartiment tal-Malti fi ħdan l-Università ta’ Malta, u dawk kollha li b’tant ħeġġa għaddewlna t-taqbil.

Ara Aktar